Ġenesi
20 U Abraham ma baqax ikkampjat hemmhekk,+ imma telaq lejn l-art tan-Negeb u beda jgħammar bejn Kades+ u Sur+ u għal xi żmien għex ukoll f’Gerar bħala barrani.+ 2 U Abraham reġaʼ qal dwar martu Sara: “Hi oħti.”+ Minħabba f’hekk, Abimelek,* sultan taʼ Gerar, bagħat jieħu lil Sara.+ 3 Imbagħad Alla ġie bil-lejl f’ħolma għand Abimelek u qallu: “Ara! Int daqslikieku mejjet minħabba l-mara li ħadt,+ ladarba hi taʼ sid ieħor bħala martu.”+ 4 Madankollu, Abimelek ma kienx resaq lejha.+ B’hekk, hu qal: “Ġeħova, sejjer int toqtol ġens li hu tassew ġust?+ 5 Ma qallix hu, ‘Hi oħti’? u hi—ma qalitx ukoll, ‘Hu ħija’? Bl-onestà taʼ qalbi u bl-innoċenza taʼ idejja għamiltu dan.”+ 6 U l-Alla l-veru qallu fil-ħolma: “Jien ukoll kont naf li dan int għamiltu bl-onestà taʼ qalbek,+ u jien kont qed inżommok lura wkoll milli tidneb kontrija.+ Huwa għalhekk li ma ħallejtekx tmissha.+ 7 Imma issa rodd lura l-mara lil żewġha, għax hu profeta,+ u jagħmel talb bil-ħerqa għalik,+ u b’hekk tibqaʼ ħaj. Imma jekk ma troddhiex, kun af li żgur se tmut, int u kulmin hu tiegħek.”+
8 Għalhekk, Abimelek qam kmieni fil-għodu u sejjaħ lill-qaddejja kollha tiegħu u wasslilhom f’widnejhom dan kollu. U l-irġiel beżgħu ħafna. 9 Imbagħad Abimelek sejjaħ lil Abraham u qallu: “X’għamiltilna, u xi dnub għamilt jien kontrik, biex ġibt fuqi u fuq saltnati dnub hekk kbir?+ Għamiltli għemejjel li qatt ma messek għamilt.”+ 10 U Abimelek issokta jgħid lil Abraham: “X’kellek f’moħħok biex għamilt din il-ħaġa?”+ 11 Wieġbu Abraham: “Dan għamiltu għax għedt bejni u bejn ruħi, ‘Bla dubju m’hemmx biżaʼ t’Alla f’dan il-post,+ u żgur li joqtluni minħabba marti.’+ 12 U, minbarra dan, hi verament oħti, bint missieri, biss mhux bint ommi; u saret marti.+ 13 U ġara li, meta Alla qalli biex nitlaq minn dar missieri,+ jien għedtilha, ‘Din hi l-qalb tajba bl-imħabba+ li tistaʼ turini int: Kulfejn immorru għid dwari: “Hu ħija.”’”+
14 Imbagħad Abimelek ħa nagħaġ u baqar u qaddejja rġiel u nisa u tahom lil Abraham u raddlu lura lil martu Sara.+ 15 Barra minn hekk, Abimelek qallu: “Ara! Arti hi disponibbli għalik. Għammar fejn jidhirlek li hu tajjeb.”+ 16 U lil Sara qalilha: “Ara! Qed nagħti elf biċċa tal-fidda lil ħuk.+ Dan hu għalik għata+ f’għajnejn* kulmin hu miegħek, u quddiem kulħadd, li int meħlusa mit-tmaqdir.” 17 U Abraham beda jitlob bil-ħerqa lill-Alla l-veru,+ u Alla fejjaq lil Abimelek u lil martu u lill-ilsiera nisa tiegħu, u dawn bdew jildu t-tfal. 18 Għax Ġeħova kien għalaq sew kull ġuf fid-dar t’Abimelek minħabba Sara, mart Abraham.+