Ġenesi
43 U l-ġuħ kien kbir fil-pajjiż.+ 2 U ġara li, malli kienu spiċċawlhom iċ-ċereali li kienu ġabu mill-Eġittu,+ missierhom qalilhom: “Erġgħu morru ixtrulna ftit ikel.”+ 3 Imbagħad Ġuda qallu:+ “Ir-raġel bla dubju wissiena bis-sħiħ u qalilna, ‘M’intomx se terġgħu taraw lil wiċċi jekk ħukom ma jkunx magħkom.’+ 4 Jekk lil ħuna tibagħtu magħna,+ aħna lesti li ninżlu nixtrulek l-ikel. 5 Imma jekk ma tibagħtux, ma ninżlux, għax ir-raġel qalilna, ‘M’intomx se terġgħu taraw lil wiċċi jekk ħukom ma jkunx magħkom.’”+ 6 U Israel qal:+ “Għala għamiltuli din il-ħsara billi lir-raġel għedtulu li għandkom ħukom ieħor?” 7 Huma wiġbuh: “Ir-raġel staqsiena direttament dwarna u dwar qrabatna, billi qal, ‘Għadu ħaj missierkom?+ Għandkom ħukom ieħor?’ u aħna wiġibnieh skond dawn il-fatti.+ Kif stajna nkunu nafu fiċ-ċert li se jgħidilna, ‘Niżżlu lil ħukom’?”+
8 Fl-aħħar, Ġuda qal lil missieru Israel: “Ibagħtu miegħi lit-tifel,+ sabiex inqumu u mmorru u nibqgħu ħajjin u ma mmutux,+ kemm aħna u kemm int u t-tfal ċkejknin tagħna.+ 9 Se nagħmel tajjeb għalih jien.+ Minn idi tħallas għalih.+ Jekk ma nġibhulekx u ma nippreżentahx quddiemek, inkun dnibt kontrik għal dejjem. 10 Imma kieku ma qgħadniex nitnikkru, kieku s’issa diġà morna hemmhekk u ġejna lura darbtejn.”+
11 Għalhekk, missierhom Israel qalilhom: “Mela, jekk inhu hekk,+ agħmlu dan: Ħudu l-aqwa prodotti taʼ l-art fir-reċipjenti tagħkom u niżżluhom magħkom lil dak ir-raġel bħala rigal:+ ftit balzmu,+ ftit għasel,+ gomma aromatika,* qoxra taʼ siġra li fiha r-raża,+ pistaċċi, u lewż.+ 12 Ħudu wkoll f’idkom id-doppju tal-flus; u l-flus li ngħatawlkom lura f’wiċċ l-ixkejjer tagħkom ħuduhom lura f’idkom.+ Forsi kien hemm xi żball.+ 13 U ħudu lil ħukom u qumu u morru lura għand dak ir-raġel. 14 U jalla Alla li Jistaʼ Kollox jagħmel li ssibu ħniena quddiem dak ir-raġel,+ biex jeħilsilkom lil ħukom l-ieħor u lil Benjamin. Imma jien, jekk għandi niċċaħħad minn uliedi, żgur li se niċċaħħad!”+
15 U l-irġiel ħadu dan ir-rigal, u ħadu wkoll id-doppju tal-flus f’idhom kif ukoll lil Benjamin. Imbagħad qamu u niżlu lejn l-Eġittu u daħlu quddiem Ġużeppi.+ 16 Meta ra lil Benjamin magħhom, Ġużeppi minnufih qal lir-raġel li kien jiħodlu ħsieb id-dar tiegħu: “Ħu lill-irġiel id-dar u oqtol xi annimali u lesti kollox,+ għax dawn l-irġiel se jieklu miegħi f’nofsinhar.” 17 Ir-raġel kien pront u għamel dak li qallu Ġużeppi.+ Għalhekk, ir-raġel ħa lill-irġiel id-dar taʼ Ġużeppi. 18 Imma l-irġiel beżgħu minħabba li ttieħdu d-dar taʼ Ġużeppi,+ u bdew jgħidu: “Huwa minħabba l-flus li fil-bidu ħadna lura magħna fl-ixkejjer tagħna li ġabuna hawnhekk, sabiex jaqbżu fuqna u jattakkawna u jiħduna lsiera u jiħdulna wkoll il-ħmir tagħna!”+
19 Għalhekk, resqu lejn ir-raġel li kien jieħu ħsieb id-dar taʼ Ġużeppi u kellmuh fid-daħla tad-dar, 20 u qalulu: “Skużana, sidi! Huwa minnu li fil-bidu nżilna biex nixtru l-ikel.+ 21 Imma dak li ġara kien li, meta wasalna fil-post fejn waqafna biex ngħaddu l-lejl+ u bdejna niftħu l-ixkejjer tagħna, kien hemm il-flus taʼ kull wieħed f’wiċċ l-ixkora tiegħu, l-ammont sħiħ taʼ flusna. Għalhekk, nixtiequ rrodduhom lura aħna stess.+ 22 U ġibna iktar flus f’idejna biex nixtru l-ikel. Aħna żgur li ma nafux min poġġa flusna fl-ixkejjer tagħna.”+ 23 Imbagħad hu qal: “Is-sliem magħkom. Tibżgħux.+ Alla tagħkom u l-Alla taʼ missierkom takom teżor fl-ixkejjer tagħkom.+ Fluskom diġà kont irċivejthom.” U ħarġilhom lil Simegħon.+
24 Imbagħad ir-raġel daħħal lill-irġiel f’dar Ġużeppi u tahom l-ilma biex jaħslu saqajhom,+ u tahom ukoll l-għalf għall-ħmir tagħhom.+ 25 U huma lestew ir-rigal+ għal meta jiġi Ġużeppi f’nofsinhar, għaliex kienu semgħu li hemmhekk kienu se jieklu l-ħobż.+ 26 Meta Ġużeppi daħal id-dar ġabulu r-rigal li kien f’idhom, u nxteħtu fl-art quddiemu.+ 27 Wara dan, hu staqsiehom jekk kinux jinsabu tajbin u qalilhom:+ “Jinsab tajjeb missierkom, ix-xwejjaħ li tkellimtu dwaru? Għadu ħaj?”+ 28 Wiġbuh: “Missierna, il-qaddej tiegħek, jinsab tajjeb. Għadu ħaj.” Imbagħad mielu u nxteħtu fl-art quddiemu.+
29 Meta refaʼ għajnejh u ra lil ħuh Benjamin, bin ommu,+ issokta jgħidilhom: “Dan ħukom iż-żgħir li kellimtuni dwaru?”+ U żied: “Jalla Alla jurik il-ħniena tiegħu,+ ibni.” 30 Ġużeppi kien mgħaġġel issa, għaliex ħass ġewwinih jitqanqal għal ħuh,+ u għalhekk fittex post fejn jibki u daħal f’kamra taʼ ġewwa u beka hemmhekk.+ 31 Imbagħad ħasel wiċċu u ħareġ u kkontrolla ruħu u qal:+ “Ġibu l-ikel.”+ 32 U ġabuhulu, hu għalih waħdu u huma għalihom waħedhom u lill-Eġizzjani, li kienu qed jieklu miegħu, għalihom waħedhom; għaliex l-Eġizzjani ma setgħux jieklu maʼ l-Ebrej, għax din kienet ħaġa mistkerrha għall-Eġizzjani.+
33 U poġġewhom bil-qiegħda quddiemu, l-ewwel imwieled skond id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled+ u ż-żgħir skond l-età żgħira tiegħu; u l-irġiel baqgħu jħarsu lejn xulxin miblugħin. 34 U hu beda jibgħat porzjonijiet taʼ ikel mingħandu għal għandhom, imma lil Benjamin żiedlu l-porzjon tiegħu ħames darbiet iktar mill-porzjonijiet taʼ l-oħrajn kollha.+ Għalhekk, komplew jieklu u jixorbu miegħu sakemm xebgħu.+