2 Samwel
16 Meta David kien qasam għan-naħa l-oħra ftit ’l hemm mill-quċċata taʼ l-għolja,+ kien hemm biex jiltaqaʼ miegħu Siba+ l-qaddej taʼ Mefiboset+ b’żewġt iħmir+ mixdudin bis-sarġ u fuqhom mitejn ħobża,+ mitt ċappa żbib,+ mitt għanqud frott tas-sajf,+ u ġarra kbira nbid.+ 2 Imbagħad is-sultan qal lil Siba: “X’inhuma dawn l-affarijiet min-naħa tiegħek?”+ Siba wieġbu: “Il-ħmir huma biex jirkbu fuqhom in-nies taʼ dar is-sultan, il-ħobż u t-tagħbija frott tas-sajf biex jikluhom iż-żgħażagħ,+ u l-inbid biex jixorbu min ikun għajjien+ fix-xagħri.”+ 3 Is-sultan issa qallu: “U fejn hu bin sidek?”+ U Siba wieġeb lis-sultan: “Hemm qiegħed, jgħammar f’Ġerusalemm; għax qal, ‘Illum dar Israel se tagħtini lura l-ħakma rjali taʼ missieri.’”+ 4 Imbagħad is-sultan qal lil Siba: “Ara! Tiegħek hu kulma għandu Mefiboset.”+ U Siba qallu: “Immil quddiemek.+ Ħa nsib il-ħniena f’għajnejk, sidi s-sultan.”
5 U s-Sultan David wasal saħansitra sa Baħurim,+ u, ara, ħiereġ minn hemmhekk kien hemm raġel mill-familja taʼ dar Sawl, u kien jismu Simgħi,+ bin Gera, u kien ħiereġ u jisħet hu u ħiereġ.+ 6 U beda jwaddab il-ġebel lil David u lill-qaddejja kollha tas-Sultan David; u n-nies kollha u l-irġiel setgħanin kollha kienu fuq il-lemin u x-xellug tas-sultan. 7 U Simgħi, hu u jisħet, beda jgħid dan: “Itlaq ’l hemm, itlaq ’l hemm, ja bniedem ħati tad-demm+ u bniedem li m’int tajjeb għal xejn!+ 8 Ġeħova jreġġaʼ lura fuqek il-ħtija kollha tad-demm għal dar Sawl li int saltant minfloku; u Ġeħova jagħti s-saltna f’id ibnek Absalom. U, ara, int tinsab fil-gwaj, għaliex int raġel ħati tad-demm!”+
9 Fl-aħħar, Abisaj, bin Seruja,+ qal lis-sultan: “Dan il-kelb mejjet+ għala għandu jisħet lil sidi s-sultan?+ Ħa mmur, jekk jogħġbok, u naqtagħlu rasu barra.”+ 10 Imma s-sultan qallu: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja?+ Hekk ħallih jisħet,+ għaliex Ġeħova qallu,+ ‘Isħet lil David!’ Għalhekk, min għandu jgħid, ‘Għala għamilt hekk?’”+ 11 U David issokta jgħid lil Abisaj u lill-qaddejja kollha tiegħu: “Ara! Ibni stess, li ħareġ mill-ġewwieni tiegħi, qed jipprova jiħodli ħajti;+ kemm iktar issa dan il-Benjamini!+ Ħallih jisħet, għax Ġeħova hekk qallu! 12 Forsi Ġeħova jara+ b’għajnejh, u Ġeħova jroddli t-tjubija minflok is-saħta taʼ Simgħi llum.”+ 13 U David u l-irġiel tiegħu baqgħu sejrin fit-triq, waqt li Simgħi kien miexi mal-ġenb tal-muntanja, u mexa bi drittu biex jisħtu;+ u baqaʼ jwaddab il-ġebel waqt li kien bi drittu, u tefaʼ ħafna trab.+
14 Sa fl-aħħar, is-sultan u n-nies kollha li kienu miegħu waslu għajjenin. Għalhekk, huma straħu hemmhekk.+
15 U Absalom u n-nies kollha, l-irġiel taʼ Israel, daħlu Ġerusalemm;+ u Aħitofel+ kien miegħu. 16 U ġara li, malli Ħusaj+ l-Arki,+ sieħeb David,+ daħal għand Absalom, Ħusaj qal lil Absalom: “Ħa jgħix is-sultan!+ Ħa jgħix is-sultan!” 17 U Absalom qal lil Ħusaj: “Din hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek lejn sieħbek? Għala ma mortx maʼ sieħbek?”+ 18 Għalhekk, Ħusaj qal lil Absalom: “Le; imma lil dak li għażel Ġeħova, kif ukoll dan il-poplu u l-irġiel kollha taʼ Israel, tiegħu nkun, u miegħu ngħammar. 19 U għat-tieni darba se ngħid, Lil min se naqdi jien? Mhux lil ibnu? Bħalma qdejt lil missierek, hekk se nkun quddiemek.”+
20 Iktar tard Absalom qal lil Aħitofel: “Intom, min-naħa tagħkom, agħtuni parir.+ X’se nagħmlu?” 21 Imbagħad Aħitofel qal lil Absalom: “Ħa jkollok x’taqsam mal-konkubini taʼ missierek,+ li ħalla warajh biex jieħdu ħsieb id-dar.+ U Israel kollu jismaʼ li int sirt mibgħud+ minn missierek,+ u idejn+ dawk kollha li qegħdin miegħek jissaħħu.” 22 Għaldaqstant waqqfu tinda għal Absalom fuq il-bejt,+ u Absalom kellu x’jaqsam mal-konkubini taʼ missieru+ quddiem għajnejn Israel kollu.+
23 U l-parir t’Aħitofel, li ta dak iż-żmien, kien bħallikieku meta raġel kien jistaqsi għall-kelma taʼ l-Alla l-veru. Hekk kienu l-pariri+ kollha t’Aħitofel+ kemm għal David u kemm għal Absalom.