2 Samwel
4 Meta bin+ Sawl semaʼ li Abner kien miet f’Ħebron,+ imbagħad idejh iddgħajfu+ u l-Israelin kollha tħawdu. 2 U kien hemm żewġt irġiel, kapijiet tal-qtajjaʼ,+ li kienu taʼ bin Sawl, wieħed kien jismu Bagħnah u l-ieħor kien jismu Rekab, ulied Rimmon il-Biroti, minn ulied Benjamin; għax Birot,+ ukoll, kienet magħduda bħala parti minn Benjamin. 3 U l-Birotin ħarbu lejn Gittajm,+ u baqgħu residenti barranin hemmhekk sa dan il-jum.
4 Issa Ġonatan,+ bin Sawl, kellu iben li kien zopp minn saqajh.+ Ħames snin kellu meta l-aħbar dwar Sawl u Ġonatan waslet minn Ġeżragħel;+ u dik li kienet tieħu ħsiebu refgħetu u ħarbet, imma ġara li, hekk kif kienet qed tiġri bil-paniku biex taħrab, hu waqaʼ u sar zopp. Dan kien jismu Mefiboset.+
5 U wlied Rimmon il-Biroti, Rekab u Bagħnah, marru u waslu d-dar taʼ Is-boset+ meta l-jum kien saħan sew, waqt ir-raqda tiegħu taʼ nofsinhar. 6 U daħlu f’nofs id-dar bħallikieku biex iġibu l-qamħ, u mbagħad darbuh f’żaqqu;+ u lil Rekab u lil ħuh Bagħnah+ ħadd ma ntebaħ bihom. 7 Meta daħlu fid-dar, hu kien mimdud fuq soddtu fil-kamra tas-sodda taʼ ġewwa, u huma darbuh, u b’hekk qatluh,+ u mbagħad qatgħulu rasu,+ u rasu ħaduha u mxew il-lejl kollu fit-triq li tagħti għall-Għaraba. 8 U ħadu ras Is-boset+ lil David f’Ħebron u qalu lis-sultan: “Hawn hi ras Is-boset, bin Sawl, l-għadu tiegħek+ li pprova jiħodlok ħajtek;+ illum Ġeħova qed jagħti lil sidi s-sultan il-vendetta+ fuq Sawl u nislu.”
9 Madankollu, David wieġeb lil Rekab u lil ħuh Bagħnah, ulied Rimmon il-Biroti, u qalilhom: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova li ħelisli+ ruħi+ minn kull hemm,+ 10 meta kien hemm wieħed li tani l-aħbar+ u qalli, ‘Ara! Sawl miet,’ u hu kien mingħalih li ġabli aħbar tajba, jien, madankollu, qbadtu u qtiltu+ f’Siklag meta kien imiss lili li nagħtih il-ħlas taʼ messaġġier; 11 kemm iktar għandu jkun hekk meta nies mill-agħar+ qatlu raġel sewwa f’daru stess u fuq soddtu? U issa m’għandix jien nitlob demmu minn idejkom,+ u m’għandix jien inqaċċatkom minn fuq wiċċ l-art?”+ 12 Imbagħad David ordna liż-żgħażagħ u dawn qatluhom+ u qatgħulhom idejhom u saqajhom u dendluhom+ ħdejn l-għadira f’Ħebron; u ras Is-boset ħaduha u difnuha fil-qabar t’Abner f’Ħebron.+