2 Slaten
jew, skond is-Settanta Griega, IR-RABAʼ TAS-SLATEN
1 U Mowab+ beda jirvella+ kontra Israel wara l-mewt t’Aħab.+
2 Imbagħad Aħażija waqaʼ+ mill-isprall li kien hemm fl-għorfa tiegħu+ li kienet fis-Samarija u marad. Għalhekk, bagħat lil xi messaġġiera u qalilhom: “Morru staqsu+ lil Bagħal-żebub+ l-alla t’Għekron+ jekk iniex se nfiq minn din il-marda.”+ 3 U l-anġlu+ taʼ Ġeħova kellem lil Elija t-Tisbi+ u qallu: “Qum, itlaʼ ltaqaʼ mal-messaġġiera tas-sultan tas-Samarija u għidilhom, ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla+ f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron? 4 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.”’”+ B’dan il-kliem, Elija telaq ’l hemm.
5 Meta l-messaġġiera ġew lura għandu, hu minnufih qalilhom: “Għala ġejtu lura?” 6 U qalulu: “Kien hemm raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħna, u qalilna, ‘Morru, erġgħu lura għand is-sultan li bagħatkom, u għidulu: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron? Għaldaqstant, is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’”’”+ 7 Għal dan, qalilhom: “X’dehra kellu r-raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħkom u li qalilkom dan il-kliem?” 8 U qalulu: “Raġel liebes libsa tax-xagħar,+ b’ċinturin tal-ġild imħażżem madwar ġenbejh.”+ Fil-pront qal: “Dak Elija t-Tisbi.”
9 U bagħatlu kap taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ Meta telaʼ ħdejh, kien bil-qiegħda fil-quċċata tal-muntanja. Imbagħad qallu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ is-sultan qallek, ‘Inżel.’” 10 Imma Elija wieġeb u qal lill-kap tal-ħamsin: “Mela jekk jien bniedem t’Alla, ħa jinżel nar+ mis-smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-ħamsin tiegħek.” U niżel nar mis-smewwiet u belaʼ lilu u lill-ħamsin tiegħu.+
11 Għaldaqstant reġaʼ bagħatlu kap ieħor taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ U wieġbu u qallu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru, hekk qal is-sultan, ‘Inżel malajr.’”+ 12 Imma Elija wieġeb u qalilhom: “Jekk jien bniedem taʼ l-Alla l-veru, ħa jinżel nar mis-smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-ħamsin tiegħek.” U niżel nar t’Alla mis-smewwiet u belaʼ lilu u lill-ħamsin tiegħu.
13 U reġaʼ bagħat it-tielet kap taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ Imma t-tielet kap taʼ ħamsin telaʼ u mar u niżel għarkopptejh+ quddiem Elija u beda jitolbu+ juri ħniena u jgħidlu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru, jekk jogħġbok, ħa tkun prezzjuża+ f’għajnejk ruħi+ u ruħ dawn il-ħamsin qaddej tiegħek. 14 Ara, liż-żewġ kapijiet l-oħrajn taʼ ħamsin u l-ħamsin tagħhom niżel nar mis-smewwiet u belagħhom,+ imma issa ħa tkun ruħi prezzjuża f’għajnejk.”
15 Imbagħad l-anġlu taʼ Ġeħova kellem lil Elija u qallu: “Inżel miegħu. Tibżax minnu.”+ Għalhekk, qam u niżel miegħu għand is-sultan. 16 U qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli bgħatt lill-messaġġiera+ biex jistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron+—bħallikieku ma kienx hemm Alla f’Israel lil min tistaqsi għal kelmtu—minħabba f’hekk, is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’” 17 U wara xi żmien miet,+ skond il-kelma+ taʼ Ġeħova li kien tkellem Elija; u Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku, fit-tieni sena taʼ Ġeħoram+ bin Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda, għax ma kellux iben.
18 U l-bqija taʼ l-affarijiet li għamel Aħażija,+ m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?