2 Slaten
13 Fis-sena tlieta u għoxrin taʼ Ġeħogħas+ bin Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħaħaż+ bin Ġeħu+ sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sbatax-il sena. 2 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u mexa wara d-dnub taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Ma warrabx minnu. 3 U r-rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Israel, u għalhekk tul jiemhom kollha tahom f’idejn Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja u f’idejn Ben-ħadad+ bin Ħażagħel.
4 Maż-żmien, Ġeħogħaħaż taffa+ l-korla taʼ Ġeħova, u għalhekk Ġeħova semgħu;+ għax kien ra l-moħqrija fuq Israel,+ peress li s-sultan tas-Sirja kien ħaqarhom.+ 5 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Israel salvatur,+ u b’hekk huma ħelsu minn taħt idejn is-Sirja, u wlied Israel baqgħu jgħammru fi djarhom bħalma kienu jagħmlu qabel.+ 6 (Biss ma telqux id-dnub taʼ dar Ġerobogħam, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fih imxew;+ anki l-arblu sagru+ baqaʼ wieqaf fis-Samarija.) 7 U Ġeħogħaħaż ma kienx baqagħlu nies ħlief ħamsin rikkieb taż-żwiemel u għaxar karrijiet u għaxart elef raġel bil-mixi,+ għax is-sultan tas-Sirja kien qeridhom,+ sabiex jagħmilhom bħat-trab li joħroġ fid-dris.+
8 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħaħaż u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 9 Fl-aħħar, Ġeħogħaħaż imtedd maʼ missirijietu, u difnuh fis-Samarija;+ u ibnu Ġeħogħas+ beda jsaltan minfloku.
10 Fis-sena sebgħa u tletin taʼ Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sittax-il sena. 11 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fihom mexa.
12 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled+ kontra Amażija s-sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 13 Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu, u Ġerobogħam*+ qagħad fuq it-tron tiegħu. U Ġeħogħas indifen fis-Samarija mas-slaten taʼ Israel.+
14 U Eliżew+ marad bil-marda li kien se jmut biha.+ Għalhekk, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel niżel għandu u beda jibki fuq wiċċu u jgħid: “Missieri,+ missieri, il-karru tal-gwerra taʼ Israel u r-rikkieba taż-żwiemel tiegħu!”*+ 15 U Eliżew qallu: “Ħu qaws u xi vleġeġ.” U ħa qaws u xi vleġeġ. 16 U qal lis-sultan taʼ Israel: “Agħmel idek mal-qaws.” U għamel idu mal-qaws, u Eliżew qiegħed idejh fuq idejn+ is-sultan. 17 Imbagħad qal: “Iftaħ it-tieqa lejn il-lvant.” U fetaħha. Fl-aħħar, Eliżew qallu: “Spara!” U spara. Imbagħad qallu: “Il-vleġġa taʼ salvazzjoni taʼ Ġeħova, iva, il-vleġġa taʼ salvazzjoni+ kontra s-Sirja! U int se tidrob lis-Sirja f’Afek+ sa ma ttemmha.”
18 U kompla jgħidlu: “Aqbad il-vleġeġ.” U qabadhom. Imbagħad qal lis-sultan taʼ Israel: “Idrob l-art.” U darab l-art tliet darbiet u waqaf.+ 19 U l-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ għadab għalih; għaldaqstant qallu: “Suppost drabt ħames jew sitt darbiet! Kieku għamilt hekk kont tidrob lis-Sirja sa ma ttemmha, imma issa tidrobha biss tliet darbiet.”+
20 Wara dan, Eliżew miet u difnuh.+ U kien hemm qtajjaʼ taʼ ħallelin+ Mowabin+ li regolarment kienu jidħlu fil-pajjiż fil-bidu tas-sena. 21 U waqt li xi nies kienu qed jidfnu lil wieħed raġel, raw qatgħa ħallelin. Malajr malajr tefgħu lir-raġel fil-qabar t’Eliżew u telqu ’l hemm. Meta r-raġel mess maʼ l-għadam t’Eliżew, hu mill-ewwel ħa l-ħajja+ u qam fuq saqajh.+
22 U Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja baqaʼ jaħqar+ lil Israel il-jiem kollha taʼ Ġeħogħaħaż. 23 Madankollu, Ġeħova wriehom qalb tajba+ u ħenn+ għalihom u dar lejhom minħabba l-patt tiegħu+ m’Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb;+ u ma riedx jeqridhom,+ u ma keċċihomx minn quddiem wiċċu s’issa. 24 Fl-aħħar, Ħażagħel is-sultan tas-Sirja miet, u ibnu Ben-ħadad beda jsaltan minfloku. 25 U Ġeħogħas bin Ġeħogħaħaż ħa lura minn id Ben-ħadad bin Ħażagħel il-bliet li dan kien ħa minn id Ġeħogħaħaż missieru fil-gwerra. Tliet darbiet għelbu Ġeħogħas, u ħa lura l-bliet taʼ Israel.+