2 Slaten
15 Fis-sena sebgħa u għoxrin taʼ Ġerobogħam is-sultan taʼ Israel, Għażarija*+ bin Amażija+ s-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Sittax-il sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan tnejn u ħamsin sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Ġekolija, minn Ġerusalemm. 3 U għamel dak li hu rett f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel missieru Amażija.+ 4 Biss il-postijiet għall-qima* ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ 5 Fl-aħħar, Ġeħova kkastiga lis-sultan,+ u baqaʼ bil-ġdiem+ sa jum mewtu, u kompla jgħammar f’daru meħlus minn dmirijietu,+ waqt li Ġotam+ bin is-sultan kien fuq id-dar, jiġġudika+ lin-nies tal-pajjiż. 6 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Għażarija u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 7 Fl-aħħar, Għażarija mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David; u ibnu Ġotam beda jsaltan minfloku.+
8 Fis-sena tmienja u tletin t’Għażarija+ s-sultan taʼ Ġuda, Żakkarija+ bin Ġerobogħam sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sitt xhur. 9 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, bħalma kienu għamlu missirijietu.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 10 Imbagħad Sallum bin Ġabes ikkonfoffa+ kontrih u ħebb+ għalih f’Iblegħam+ u qatlu u beda jsaltan minfloku. 11 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Żakkarija huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel. 12 Hekk kienet il-kelma+ li Ġeħova qal lil Ġeħu, meta qallu:+ “Uliedek+ joqogħdu għan-nom tiegħek fuq it-tron taʼ Israel sar-rabaʼ ġenerazzjoni.” U hekk sar.+
13 U Sallum bin Ġabes sar sultan fis-sena disgħa u tletin t’Użżija+ s-sultan taʼ Ġuda, u kompla jsaltan għal xahar qamri sħiħ fis-Samarija.+ 14 Imbagħad Menaħem+ bin Gadi telaʼ minn Tirsa+ u ġie s-Samarija u ħebb għal Sallum+ bin Ġabes fis-Samarija u qatlu; u beda jsaltan minfloku. 15 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Sallum u l-konfoffa+ li kien għamel huma miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel. 16 Kien dak iż-żmien li Menaħem ħareġ minn Tirsa u ħabat għal Tifsa u kulma kien hemm fiha u t-territorju tagħha; ma ċeditlux, u għalhekk ħabat għaliha. U ċarrtilha n-nisa tqal tagħha kollha.+
17 Fis-sena disgħa u tletin+ t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Menaħem bin Gadi sar sultan fuq Israel u dam isaltan għaxar snin fis-Samarija. 18 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Tul ħajtu kollha ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb+. 19 U Pul+ is-sultan taʼ l-Assirja+ daħal fil-pajjiż. Għalhekk, Menaħem ta+ lil Pul elf talent fidda,+ sabiex jgħinu ħalli s-saltna tissoda taħt idejh.+ 20 U Menaħem ġab il-fidda minn fuq dahar Israel, mingħand l-irġiel qalbenin u setgħanin kollha,+ li kellhom jagħtu lis-sultan taʼ l-Assirja ħamsin xekel fidda kull wieħed. Wara dan, is-sultan taʼ l-Assirja mar lura, u ma baqax fil-pajjiż. 21 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Menaħem+ u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 22 Fl-aħħar, Menaħem imtedd maʼ missirijietu, u ibnu Pekaħija+ beda jsaltan minfloku.
23 Fis-sena ħamsin t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Pekaħija bin Menaħem sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sentejn.+ 24 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 25 Imbagħad Pekaħ+ bin Remalija l-ajjutant+ tiegħu kkonfoffa+ kontrih u ħebb għalih fis-Samarija fit-torri taʼ dar+ is-sultan kif ukoll għal Argob u Arje, u kellu miegħu ħamsin raġel minn ulied Gilegħad. Għalhekk, qatlu u beda jsaltan minfloku. 26 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Pekaħija u kulma għamel huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel.
27 Fis-sena tnejn u ħamsin t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Pekaħ+ bin Remalija+ sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan għoxrin sena. 28 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 29 Fi żmien Pekaħ is-sultan taʼ Israel, ġie Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja+ u ħa lil Ijon+ u Abel-bet-magħka+ u Ġanogħa u Kedes+ u Ħasor+ u Gilegħad+ u l-Galilija,+ l-art kollha taʼ Naftali,+ u ġarrhom fl-eżilju lejn l-Assirja.+ 30 Fl-aħħar, Ħosegħa+ bin Elah għamel konfoffa+ kontra Pekaħ bin Remalija u ħebb għalih+ u qatlu; u beda jsaltan minfloku fis-sena għoxrin taʼ Ġotam+ bin Użżija. 31 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Pekaħ u kulma għamel huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel.
32 Fit-tieni sena taʼ Pekaħ bin Remalija s-sultan taʼ Israel, Ġotam+ bin Użżija+ s-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 33 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġerusa bint Sadok.+ 34 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ Għamel skond kulma kien għamel missieru Użżija.+ 35 Biss il-postijiet għall-qima ma tneħħewx. In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ Kien hu li bena l-bieb taʼ fuq tad-dar taʼ Ġeħova.+ 36 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġotam, dak li għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda?+ 37 Dak iż-żmien Ġeħova bagħat+ kontra Ġuda lil Resin+ is-sultan tas-Sirja u lil Pekaħ+ bin Remalija. 38 Fl-aħħar, Ġotam imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David missieru;+ u ibnu Aħaż+ beda jsaltan minfloku.