1 Kronaki
15 U kompla jibni d-djar+ għalih stess fil-Belt taʼ David; u ħejja post+ għall-arka taʼ l-Alla l-veru u waqqaf tinda għaliha. 2 Kien dakinhar li David qal: “Ħadd m’għandu jġorr l-arka taʼ l-Alla l-veru ħlief il-Leviti, għax lilhom għażel Ġeħova biex iġorru l-arka taʼ Ġeħova+ u biex jaqduh+ għal żmien indefinit.”* 3 Imbagħad David laqqaʼ lil Israel kollu f’Ġerusalemm+ biex itellgħu l-arka+ taʼ Ġeħova fil-post tagħha li kien ħejja għaliha.
4 U David ġabar lil ulied Aron+ u lil-Leviti; 5 minn ulied Keħat, Urijel+ il-kap, u ħutu, mija u għoxrin; 6 minn ulied Merari,+ Għasaja+ l-kap, u ħutu, mitejn u għoxrin; 7 minn ulied Gersom,+ Ġoel+ il-kap, u ħutu, mija u tletin; 8 minn ulied Elisafan,+ Semajja+ l-kap, u ħutu, mitejn; 9 minn ulied Ħebron, Eligħel il-kap, u ħutu, tmenin; 10 minn ulied Użżijel,+ Għamminadab il-kap, u ħutu, mija u tnax. 11 Barra minn hekk, David sejjaħ lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-qassisin, u lil-Leviti Urijel,+ Għasaja,+ Ġoel,+ Semajja,+ Eligħel,+ u Għamminadab, 12 u ssokta jgħidilhom: “Intom il-kapijiet+ taʼ missirijiet il-Leviti. Tqaddsu,+ intom u ħutkom, u tellgħu l-arka taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, lejn il-post li jien ħejjejt għaliha. 13 Peress li l-ewwel darba mhux intom tellajtuha,+ Ġeħova Alla tagħna żbroffa kontrina,+ għax ma fittixniehx skond id-drawwa.”+ 14 Għalhekk, il-qassisin u l-Leviti tqaddsu+ biex itellgħu l-arka taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.
15 Imbagħad ulied il-Leviti bdew iġorru+ l-arka taʼ l-Alla l-veru, bħalma kien ikkmanda Mosè skond il-kelma taʼ Ġeħova, bil-lasti fuq spallejhom.+ 16 David issa qal lill-kapijiet tal-Leviti biex lil ħuthom l-għannejja+ jqegħduhom bl-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant,+ strumenti tal-korda+ u arpi+ u ċimbali,+ sabiex idoqqu b’ħoss qawwi ħalli jinstemaʼ ħoss taʼ hena.
17 Għaldaqstant, il-Leviti qiegħdu lil Ħeman,+ bin Ġoel, u, minn ħutu, lil Asaf,+ bin Berekija; u, minn ulied Merari, lil ħuthom, Etan,+ bin Kusaja; 18 u magħhom ħuthom tat-tieni taqsima,+ Żakkarija,+ Ben, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Benaja, Magħseja, Mattitija, Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom,+ u Ġegħijel, l-għassiesa tal-bibien, 19 u l-għannejja Ħeman,+ Asaf,+ u Etan, biċ-ċimbali tar-ram aħmar sabiex idoqqu b’ħoss qawwi;+ 20 u Żakkarija, Għażijel,+ Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Magħseja, u Benaja bi strumenti tal-korda intonati fuq Alamot,*+ 21 u Mattitija,+ Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom, Ġegħijel, u Għażażija b’arpi+ intonati fuq Seminit,*+ bħala diretturi; 22 u Kenanija,+ il-kap tal-Leviti, għall-ġarr taʼ l-arka, li jagħti l-istruzzjonijiet fil-ġarr, għax kien espert;+ 23 u Berekija u Elkana l-għassiesa+ taʼ l-Arka; 24 u Sebanija, Ġosafat, Netanel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja, u Eligħeżer, il-qassisin, idoqqu t-trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiem l-arka taʼ l-Alla l-veru, u Għobed-edom u Ġeħija l-għassiesa taʼ l-Arka.
25 U David+ u x-xjuħ taʼ Israel+ u l-kapijiet+ taʼ l-eluf kienu dawk li mxew maʼ l-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex itellgħuha mid-dar t’Għobed-edom+ bil-ferħ.+ 26 U ġara li, meta l-Alla l-veru għen+ lil-Leviti jġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova, huma offrew bħala sagrifiċċju sebaʼ barrin żgħar u sebaʼ mtaten.+ 27 U David kien liebes libsa bla kmiem taʼ drapp fin, u wkoll il-Leviti kollha li kienu qed iġorru l-Arka u l-għannejja u Kenanija,+ il-kap taʼ l-għannejja+ li ġarrew l-arka; imma David kellu fuqu efod+ taʼ l-għażel. 28 U l-Israelin kollha kienu qed itellgħu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova b’għajat taʼ ferħ+ u bid-daqq tal-qarn+ u bit-trumbetti+ u biċ-ċimbali,+ idoqqu b’ħoss qawwi l-istrumenti tal-korda u l-arpi.+
29 U ġara li, meta l-arka tal-patt+ taʼ Ġeħova waslet fil-Belt taʼ David, Mikal,+ bint Sawl, ħarset ’l isfel mit-tieqa u rat lis-Sultan David jaqbeż ’l hemm u ’l hawn u jiċċelebra;+ u bdiet tistmerru+ f’qalbha.