1 Kronaki
27 Inkwantu għal ulied Israel, skond l-għadd tagħhom, il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier+ u l-kapijiet+ taʼ l-eluf u tal-mijiet+ u l-uffiċjali tagħhom li kienu jaqdu+ lis-sultan f’kull kwistjoni tat-taqsimiet taʼ dawk li kienu jidħlu u joħorġu minn xahar għal xahar għax-xhur kollha tas-sena, kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf.
2 Fuq l-ewwel taqsima taʼ l-ewwel xahar kien hemm Ġasobegħam,+ bin Żabdijel, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 3 Xi wħud minn ulied Pereż,+ il-kap tal-kapijiet kollha tal-gruppi tas-servizz, kienu għall-ewwel xahar. 4 U fuq it-taqsima tat-tieni xahar kien hemm Dodaj+ l-Aħoħi+ bit-taqsima tiegħu, u Miklot kien il-mexxej, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 5 Il-kap tat-tielet grupp tas-servizz għat-tielet xahar kien Benaja,+ bin Ġeħojada,+ il-qassis ewlieni, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 6 Dan Benaja+ kien raġel setgħan fost it-tletin+ u fuq it-tletin; u fuq it-taqsima tiegħu kien hemm ibnu Għammiżabad. 7 Ir-rabaʼ wieħed għar-rabaʼ xahar kien Għasael,+ ħu Ġowab,+ u warajh ibnu Żebadija, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 8 Il-ħames kap għall-ħames xahar kien Samħut+ l-Iżraħi, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 9 Is-sitt wieħed għas-sitt xahar kien Ira,+ bin Ikkes+ it-Tekogħi,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 10 Is-sebaʼ wieħed għas-sebaʼ xahar kien Ħeleż+ il-Peloni+ minn ulied Efrajm, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 11 It-tmien wieħed għat-tmien xahar kien Sibbekaj+ il-Ħusati miż-Żeraħin,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 12 Id-disaʼ wieħed għad-disaʼ xahar kien Abi-għeżer+ l-Għanatoti+ mill-Benjaminin, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 13 L-għaxar wieħed għall-għaxar xahar kien Maħaraj+ in-Netofati miż-Żeraħin,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 14 Il-ħdax-il wieħed għall-ħdax-il xahar kien Benaja+ l-Piratoni minn ulied Efrajm,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 15 It-tnax-il wieħed għat-tnax-il xahar kien Ħeldaj+ in-Netofati, minn Għotnijel, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.
16 U fuq it-tribujiet taʼ Israel,+ mir-Rubenin, Eligħeżer, bin Żikri, kien il-mexxej; mis-Simegħonin, Sefatija bin Magħka; 17 minn Levi, Ħasabija, bin Kemwel; minn Aron, Sadok;+ 18 minn Ġuda, Eliħu,+ wieħed minn ħut David;+ minn Issakar, Għomri, bin Mikiel; 19 minn Żebulun, Ismaja, bin Għobadija; minn Naftali, Ġerimot, bin Għażrijel; 20 minn ulied Efrajm, Ħosegħa, bin Għażażija; minn nofs it-tribù taʼ Manasse, Ġoel, bin Pedaja; 21 minn nofs it-tribù taʼ Manasse f’Gilegħad, Iddo, bin Żakkarija; minn Benjamin, Ġagħsijel, bin Abner;+ 22 minn Dan, Għażarel, bin Ġeroħam. Dawn kienu l-prinċpijiet+ tat-tribujiet taʼ Israel.
23 U David m’għaddhomx lil dawk li kellhom minn għoxrin sena ’l isfel, għaliex Ġeħova kien wiegħed li jagħmel lil Israel daqs il-kwiekeb tas-smewwiet.+ 24 Ġowab,+ bin Seruja, kien beda jgħoddhom, imma ma kompliex;+ u minħabba dan kien hemm l-għadab+ t’Alla kontra Israel, u l-għadd ma tniżżilx fir-rakkont tal-ġrajjiet taʼ jiem is-Sultan David.
25 U fuq it-teżori tas-sultan+ kien hemm Għażmawet, bin Għadijel. U fuq it-teżori fir-rabaʼ,+ fil-bliet,+ fl-irħula, u fit-torrijiet, kien hemm Ġonatan, bin Użżija. 26 U fuq dawk li jagħmlu x-xogħol fir-rabaʼ,+ biex jikkultivaw il-ħamrija, kien hemm Għeżri, bin Kelub. 27 U fuq l-oqsma tad-dwieli+ kien hemm Simgħi r-Ramati; u fuq kulma kien hemm fl-oqsma tad-dwieli għall-provvisti taʼ l-inbid kien hemm Żabdi s-Sifmi. 28 U fuq l-imsaġar taż-żebbuġ u s-siġar tal-ġummajż+ li kienu fis-Sefela+ kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi; u fuq il-provvisti taż-żejt+ kien hemm Ġogħas. 29 U fuq l-imrieħel tal-baqar li kienu jirgħu fis-Saron+ kien hemm Sitraj is-Saroni; u fuq l-imrieħel tal-baqar fil-pjanuri l-baxxi kien hemm Safat, bin Għadlaj. 30 U fuq l-iġmla+ kien hemm Obil l-Ismagħeli;+ u fuq il-ħmir nisa kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti. 31 U fuq l-imrieħel tan-nagħaġ kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu l-kapijiet fuq il-ġid tas-Sultan David.
32 U Ġonatan,+ in-neputi taʼ David, kien kunsillier, raġel li kellu l-abbiltà li jifhem,+ u kien ukoll segretarju; u Ġeħijel, bin Ħakmoni,+ kien maʼ wlied is-sultan.+ 33 U Aħitofel+ kien kunsillier+ tas-sultan; u Ħusaj+ l-Arki+ kien sieħeb is-sultan.+ 34 U wara Aħitofel kien hemm Ġeħojada, bin Benaja,+ u Abjatar;+ u Ġowab+ kien il-kap taʼ l-armata tas-sultan.