2 Kronaki
12 U ġara li, malli s-saltna tiegħu kienet stabbilita fis-sod+ u malli kien issaħħaħ, Reħobogħam telaq il-liġi taʼ Ġeħova,+ kif ukoll Israel+ kollu miegħu. 2 U ġara fil-ħames sena tas-Sultan Reħobogħam+ li Sisak,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm, (għax huma ma wrewx fedeltà lejn Ġeħova,)+ 3 b’elf u mitejn karru+ u b’sittin elf rikkieb taż-żwiemel; u n-nies li ħarġu miegħu mill-Eġittu ma jingħaddux+—Libjani,+ Sukkijin, u Etjopjani.+ 4 U ħa taħt idejh il-bliet fortifikati taʼ Ġuda+ u fl-aħħar wasal saħansitra sa Ġerusalemm.+
5 Issa l-profeta Semajja+ mar għand Reħobogħam u l-prinċpijiet taʼ Ġuda li kienu nġabru f’Ġerusalemm minħabba Sisak, u qalilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Intom, min-naħa tagħkom, tlaqtuni,+ u jien, ukoll, min-naħa tiegħi, tlaqtkom+ f’idejn Sisak.’” 6 Għal dan, il-prinċpijiet taʼ Israel u s-sultan umiljaw+ ruħhom u qalu: “Ġeħova hu ġust.”+ 7 U meta Ġeħova ra+ li kienu umiljaw ruħhom, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Semajja,+ tgħid: “Huma umiljaw ruħhom.+ M’iniex se neqridhom, u fi ftit żmien ieħor nipprovdilhom mezz biex jaħarbu, u l-korla tiegħi ma tissawwabx fuq Ġerusalemm b’id Sisak.+ 8 Imma jsiru qaddejja tiegħu,+ sabiex jagħrfu x’inhi d-differenza bejn li jaqdu lili+ u li jaqdu lis-saltniet taʼ l-artijiet.”+
9 Għalhekk, Sisak,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm u ħa t-teżori tad-dar taʼ Ġeħova+ u t-teżori tad-dar tas-sultan.+ Kollox ħa; u għalhekk ħa t-tarki tad-deheb li kien għamel Salamun.+ 10 Għaldaqstant, is-Sultan Reħobogħam għamel minflokhom tarki tar-ram aħmar, u ħalliehom f’idejn il-kapijiet tal-ġerrejja,+ l-għassiesa+ mal-bieb taʼ dar is-sultan.+ 11 U kulmeta s-sultan kien imur fid-dar taʼ Ġeħova, il-ġerrejja kienu jidħlu u jġorruhom, u jiħduhom lura fil-kamra tal-ġerrejja.+ 12 U peress li umilja ruħu, ir-rabja taʼ Ġeħova reġgħet lura minn fuqu,+ u ma qeridhomx għalkollox.+ U, minbarra dan, kien hemm affarijiet tajbin f’Ġuda.+
13 U s-Sultan Reħobogħam baqaʼ jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’Ġerusalemm u baqaʼ jsaltan; għax Reħobogħam+ kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-belt+ li Ġeħova kien għażel mit-tribujiet kollha taʼ Israel biex iqiegħed ismu hemmhekk.+ U ommu kien jisimha Nagħma+ l-Għammonija.+ 14 Imma hu għamel dak li hu ħażin,+ għax ma kienx dawwar qalbu bis-sħiħ biex ifittex lil Ġeħova.+
15 U l-ġrajjiet taʼ Reħobogħam, mill-bidu sa l-aħħar,+ m’humiex dawn miktubin fost il-kliem taʼ Semajja,+ il-profeta, u taʼ Iddo,+ il-viżjonarju, skond ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika? U l-gwerer bejn Reħobogħam+ u Ġerobogħam+ ma waqfux. 16 Fl-aħħar, Reħobogħam imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-Belt taʼ David;+ u ibnu Abija+ beda jsaltan minfloku.