2 Kronaki
15 Issa l-ispirtu+ t’Alla ġie fuq Għażarija, bin Għoded.+ 2 Għaldaqstant ħareġ quddiem Asa u qallu: “Isimgħuni O Asa u intom ilkoll nies taʼ Ġuda u Benjamin! Ġeħova jkun magħkom sakemm intom tkunu miegħu;+ u jekk tfittxuh,+ iħallikom issibuh, imma jekk titilquh, jitlaqkom.+ 3 U kienu ħafna l-jiem li Israel+ kien mingħajr Alla veru u mingħajr qassis li jgħallem+ u mingħajr Liġi. 4 Imma meta fin-niket tagħhom+ reġgħu lura lejn Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ u fittxewh, hu ħalliehom isibuh.+ 5 U f’dawk iż-żminijiet ma kienx hemm sliem għal min joħroġ jew għal min jidħol,+ għaliex kien hemm ħafna taħwid fost l-abitanti kollha taʼ l-artijiet.+ 6 U tfarrku, ġens kontra ġens+ u belt kontra belt, għaliex Alla żammhom fit-taħwid b’kull xorta taʼ niket.+ 7 U intom kunu kuraġġużi,+ u tħallux idejkom jintelqu,+ għax se tiġu premjati għall-għemejjel tagħkom.”+
8 U malli Asa semaʼ dan il-kliem u l-profezija tal-profeta Għoded,+ għamel il-kuraġġ u ġiegħel li l-affarijiet moqżieża+ jgħibu mill-art kollha taʼ Ġuda u taʼ Benjamin u mill-bliet li kien rebaħ mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ u ġedded l-artal taʼ Ġeħova li kien hemm quddiem il-loġġa taʼ Ġeħova.+ 9 U beda jiġbor flimkien lin-nies kollha taʼ Ġuda u Benjamin+ u lir-residenti barranin+ li kien hemm magħhom minn Efrajm u Manasse u Simegħon, għax dawn kienu telqu f’għadd kbir lil Israel u marru miegħu meta raw li Ġeħova Alla tiegħu kien miegħu.+ 10 Għalhekk, inġabru flimkien f’Ġerusalemm fit-tielet xahar tas-sena ħmistax tar-renju t’Asa. 11 Imbagħad dakinhar offrew sagrifiċċji lil Ġeħova mill-priża li kienu ġabu, sebaʼ mitt baqra u sebat elef nagħġa. 12 Iżjed minn hekk, huma daħlu f’patt+ biex ifittxu lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha;+ 13 li kulmin ma jfittixx lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, għandu jingħata l-mewt,+ sew jekk żgħir u sew jekk kbir,+ sew jekk raġel u sew jekk mara.+ 14 Għalhekk, ħalfu+ lil Ġeħova b’leħen għoli u b’għajat taʼ ferħ u bit-trumbetti u bil-qrun. 15 U Ġuda kollu beda jifraħ+ minħabba l-ħalfa; għax kien b’qalbhom kollha li ħalfu u, min-naħa tagħhom, urew li kienet l-għaxqa tagħhom li jfittxuh, u b’hekk ħalliehom isibuh;+ u Ġeħova kompla jagħtihom il-mistrieħ minn kullimkien.+
16 Anki lil nanntu Magħka,+ Asa, is-sultan,+ neħħieha minn sultana omm,*+ għax kienet għamlet idolu moqżież għall-qima taʼ l-arblu sagru;+ u Asa qaċċat l-idolu moqżież tagħha+ u taħnu u ħarqu+ fil-wied* taʼ Kidron.+ 17 Imma l-postijiet għall-qima*+ m’għabux minn Israel.+ Biss qalb Asa baqgħet sħiħa tul jiemu kollha.+ 18 U daħħal fid-dar taʼ l-Alla l-veru l-affarijiet li tqaddsu minn missieru u l-affarijiet+ li qaddes hu stess, fidda u deheb u għodod.+ 19 U ma seħħewx gwerer sas-sena ħamsa u tletin tar-renju t’Asa.+