2 Kronaki
18 U Ġeħosafat kellu rikkezzi u glorja bl-abbundanza;+ imma tħallat b’rabta taż-żwieġ+ m’Aħab.+ 2 Għalhekk, snin wara niżel is-Samarija+ għand Aħab; u Aħab offra bħala sagrifiċċju nagħaġ+ u baqar bl-abbundanza għalih u għan-nies li kienu miegħu. U beda jħajru+ biex jitlaʼ kontra Ramot-gilegħad.+ 3 U Aħab, is-sultan taʼ Israel, qal lil Ġeħosafat, is-sultan taʼ Ġuda: “Tiġi miegħi Ramot-gilegħad?”+ Wieġbu: “Jien għal miegħek, u n-nies tiegħi għal man-nies tiegħek u miegħek fil-gwerra.”+
4 Madankollu, Ġeħosafat qal lis-sultan taʼ Israel: “Jekk jogħġbok, qabel xejn staqsi+ x’inhi l-kelma taʼ Ġeħova.” 5 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel ġabar lill-profeti+ flimkien, erbaʼ mitt raġel, u qalilhom: “Għandna aħna mmorru għall-gwerra kontra Ramot-gilegħad, jew noqgħod lura?”+ U bdew jgħidulu: “Itlaʼ, u l-Alla l-veru jagħtiha f’idejn is-sultan.”
6 Imma Ġeħosafat qal: “Hawnhekk m’għadx hawn profeta taʼ Ġeħova?+ Mela ħa nistaqsu permezz tiegħu.”+ 7 Għal dan, is-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat:+ “Għad fadal raġel wieħed+ li permezz tiegħu nistgħu nistaqsu lil Ġeħova, imma jien nobogħdu,+ għax hu mhux qed jipprofetizza dwari għat-tajjeb, imma, tul jiemu kollha, għall-ħażin.+ Dan hu Mikaja, bin Imla.”+ Madankollu, Ġeħosafat qal: “Ħa ma jgħidx ħaġa bħal din is-sultan.”+
8 Għaldaqstant, is-sultan taʼ Israel sejjaħ lil uffiċjal tal-palazz+ u qallu: “Ġib malajr lil Mikaja, bin Imla.”+ 9 Issa s-sultan taʼ Israel u Ġeħosafat, is-sultan taʼ Ġuda, kienu bil-qiegħda kull wieħed fuq it-tron tiegħu, lebsin ilbies irjali,+ u kienu bil-qiegħda fil-qiegħa tad-dris fid-daħla tal-bieb tas-Samarija; u l-profeti kollha kienu qed jaġixxu bħala profeti quddiemhom.+ 10 Imbagħad Sedekija, bin Kengħana, għamel qrun+ tal-ħadid u qal: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘B’dawn se timbotta lis-Sirjani sakemm teqridhom għalkollox.’”+ 11 U l-profeti l-oħrajn kollha bdew jipprofetizzaw bħalu, u jgħidu: “Itlaʼ Ramot-gilegħad u tirnexxi,+ u Ġeħova żgur jagħtiha f’idejn is-sultan.”+
12 U l-messaġġier li mar isejjaħ lil Mikaja qallu: “Ara! Il-profeti kollha qed jgħidu li s-sultan se jaħbatlu tajjeb; u ħa tkun kelmtek, jekk jogħġbok, bħal wieħed minnhom,+ u tkellem it-tajjeb.”+ 13 Imma Mikaja qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ dak li jgħid Alla tiegħi, dak se ngħid.”+ 14 Imbagħad daħal għand is-sultan, u s-sultan qallu: “Mikaja, immorru Ramot-gilegħad għall-gwerra, jew noqgħod lura?” Minnufih qallu: “Itlaʼ u tirnexxi; u huma jingħataw f’idejkom.”+ 15 Għal dan, is-sultan qallu: “Kemm-il darba rrid inġiegħlek taħlef+ li m’għandek tgħidli xejn ħlief il-verità f’isem Ġeħova?”+ 16 Għalhekk, qallu: “Li qed nara żgur hu lill-Israelin kollha mxerrdin fuq il-muntanji, bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U Ġeħova qal: ‘Dawn m’għandhomx sidien.+ Ħallihom imorru lura kull wieħed lejn daru fis-sliem.’”+
17 Imbagħad is-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “M’għedtlekx jien, ‘Se jipprofetizza dwari affarijiet ħżiena, mhux tajbin’?”+
18 U ssokta jgħid: “Għaldaqstant isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova:+ Li qed nara żgur hu lil Ġeħova bil-qiegħda fuq it-tron tiegħu+ u l-armata+ kollha tas-smewwiet wieqfa fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.+ 19 U Ġeħova qal, ‘Min se jidħaq b’Aħab, is-sultan taʼ Israel, sabiex jitlaʼ u jaqaʼ f’Ramot-gilegħad?’ U kien hemm ħafna diskors, u min beda jgħid ħaġa, u min beda jgħid oħra.+ 20 Fl-aħħar, spirtu+ minnhom ħareġ u waqaf quddiem Ġeħova u qal, ‘Jien nidħaq bih.’ U Ġeħova qallu, ‘Kif?’+ 21 U dak qallu, ‘Immur u nsir spirtu qarrieq f’fomm il-profeti kollha tiegħu.’+ Għalhekk, qal, ‘Se tidħaq bih, u iktar minn hekk, se tirbaħ.+ Mur u agħmel hekk.’+ 22 U issa Ġeħova qiegħed spirtu qarrieq f’fomm dawn il-profeti tiegħek;+ imma Ġeħova ddikjara gwaj dwarek.”+
23 Issa Sedekija,+ bin Kengħana,+ resaq u ta daqqa taʼ ħarta+ lil Mikaja+ u qallu: “Eżattament minfejn għadda l-ispirtu taʼ Ġeħova mingħandi biex jitkellem miegħek?”+ 24 U Mikaja qallu: “Ara! Dakinhar+ li tidħol fil-kamra taʼ ġewwanett biex tinħeba se tara minfejn.”+ 25 Imbagħad is-sultan taʼ Israel qal: “Ħudu lil Mikaja u agħtuh lura lil Amon, il-kap tal-belt, u lil Ġowas, bin is-sultan.+ 26 U għidulhom, ‘Hekk qal is-sultan: “Lil dan itfgħuh il-ħabs+ u agħtuh jiekol porzjon iżgħar taʼ ħobż+ u naqqsulu l-porzjon taʼ l-ilma sakemm niġi lura fis-sliem.”’”+ 27 Għal dan, Mikaja qal: “Jekk tassew terġaʼ lura fis-sliem, Ġeħova ma kellimnix.”+ U żied: “Isimgħu, O popli kollha.”+
28 U s-sultan taʼ Israel u Ġeħosafat, is-sultan taʼ Ġuda, telgħu Ramot-gilegħad.+ 29 Issa s-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Jien se nilbes b’mod li ma nintgħarafx+ u nidħol fil-battalja, imma int ilbes ħwejġek.”+ Għaldaqstant, is-sultan taʼ Israel biddel, u mbagħad daħlu fil-battalja.+ 30 Min-naħa tiegħu, is-sultan tas-Sirja kien ikkmanda lill-kapijiet tal-karrijiet tiegħu: “Tiġġildux maż-żgħir u lanqas mal-kbir, imma mas-sultan taʼ Israel biss.”+ 31 U ġara li, malli l-kapijiet tal-karrijiet raw lil Ġeħosafat, huma qalu bejnhom u bejn ruħhom: “Dan hu s-sultan taʼ Israel.”+ Għalhekk, daru għalih biex jiġġildulu; u Ġeħosafat beda jgħajjat għall-għajnuna,+ u Ġeħova għenu,+ u Alla minnufih begħedhom minnu.+ 32 Hekk kif il-kapijiet tal-karrijiet raw li ma kienx is-sultan taʼ Israel, minnufih telqu minn warajh.+
33 U kien hemm raġel li ġibed il-qaws bla ħsieb taʼ xejn, u laqat+ lis-sultan taʼ Israel bejn il-kurazza u partijiet oħrajn taʼ l-armatura, u għalhekk dan qal lis-sewwieq tal-karru:+ “Dawwar u oħroġni mill-kamp, għax ġejt ferut serjament.”+ 34 U l-battalja baqgħet tiħrax dakinhar, u s-sultan taʼ Israel kellu jinżamm wieqaf fil-karru faċċata tas-Sirjani sa fil-għaxija; u miet bil-mod il-mod hi u nieżla x-xemx.+