2 Kronaki
35 Imbagħad Ġosija+ ċċelebra l-Qbiż+ lil Ġeħova f’Ġerusalemm u huma qatlu l-vittma+ tal-Qbiż fl-erbatax+ taʼ l-ewwel+ xahar. 2 Għalhekk, hu qiegħed lill-qassisin fuq l-affarijiet li huma kellhom jieħdu ħsiebhom+ u inkuraġġiehom+ fis-servizz tad-dar taʼ Ġeħova.+ 3 U ssokta jgħid lil-Leviti, l-għalliema+ taʼ Israel kollu, dawk imqaddsin lil Ġeħova: “Poġġu l-Arka mqaddsa+ fid-dar+ li bena Salamun, bin David, is-sultan taʼ Israel; m’għandkomx għalfejn iġġorruha bħala tagħbija fuq l-ispalla.+ Issa aqdu+ lil Ġeħova Alla tagħkom u lill-poplu tiegħu Israel. 4 U ħejju skond dar missirijietkom,+ skond it-taqsimiet tagħkom,+ skond il-kitba+ taʼ David, is-sultan taʼ Israel, u skond il-kitba+ taʼ ibnu Salamun. 5 U oqogħdu+ fil-post qaddis skond it-taqsimiet tad-dar tal-missirijiet tal-qedem taʼ ħutkom, ulied il-poplu, u ħa jkun hemm sehem il-Leviti+ skond il-familji min-naħa tal-missier.+ 6 U oqtlu l-vittma tal-Qbiż+ u tqaddsu+ u ħejju għal ħutkom biex jagħmlu skond il-kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.”+
7 Ġosija issa ta lil ulied il-poplu mrieħel, ħrief irġiel u gidjien irġiel, kollha kemm huma bħala vittmi tal-Qbiż għal kulmin kien hemmhekk; l-għadd tagħhom kien tletin elf, u baqar, tlett elef.+ Dawn kienu mill-ġid tas-sultan.+ 8 U l-prinċpijiet tiegħu+ taw kontribuzzjoni bħala offerta volontarja għall-poplu,+ għall-qassisin u għal-Leviti. Ħilkija,+ Żakkarija, u Ġeħijel, bħala mexxejja tad-dar taʼ l-Alla l-veru, taw lill-qassisin bħala vittmi tal-Qbiż elfejn u sitt mitt ħaruf u gidi, u tliet mitt baqra. 9 U Konanija u Semajja u Netanel, ħutu, u Ħasabija u Ġegħijel u Ġożabad, il-kapijiet tal-Leviti, taw kontribuzzjoni lil-Leviti bħala vittmi tal-Qbiż ħamest elef ħaruf u gidi, u ħames mitt baqra.
10 U s-servizz tħejja+ u l-qassisin baqgħu weqfin+ fil-postijiet tagħhom,+ u l-Leviti skond it-taqsimiet tagħhom,+ skond l-ordni tas-sultan.+ 11 U qatlu l-vittma+ tal-Qbiż u l-qassisin+ raxxew+ id-demm minn idhom, waqt li l-Leviti kienu qed iqaxxru l-ġlud+ tal-vittmi. 12 Barra minn hekk, ħejjew l-offerti tal-ħruq sabiex jagħtuhom lit-taqsimiet+ skond il-familja min-naħa tal-missier,+ lil ulied il-poplu, biex jippreżentawhom+ lil Ġeħova skond dak li hemm miktub fil-ktieb taʼ Mosè;+ u hekk ukoll għamlu bil-baqar. 13 U huma sajru+ l-offerta tal-Qbiż+ fuq in-nar kif kienet id-drawwa; u l-affarijiet li tqaddsu sajruhom+ fil-borom u fil-kaldaruni u fit-twaġen, u mbagħad ħaduhom malajr għand l-ulied kollha tal-poplu.+ 14 Wara dan, ħejjew l-ikla għalihom stess u għall-qassisin,+ għaliex il-qassisin, ulied Aron, baqgħu joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq+ u l-biċċiet tax-xaħam+ sa bil-lejl, u l-Leviti, min-naħa tagħhom, ħejjew+ l-ikla għalihom stess u għall-qassisin, ulied Aron.
15 U l-għannejja,+ ulied Asaf,+ kienu fil-kariga tagħhom skond l-ordni taʼ David+ u t’Asaf+ u taʼ Ħeman+ u taʼ Ġedutun,+ il-viżjonarju+ tas-sultan; u l-għassiesa tal-bibien+ kienu fil-bibien differenti.+ Ma kellhomx bżonn iwarrbu mis-servizz tagħhom, għax ħuthom, il-Leviti, ħejjew+ l-ikla għalihom. 16 U s-servizz kollu taʼ Ġeħova tħejja dakinhar biex jiġi ċelebrat il-Qbiż+ u biex jiġu offruti l-offerti tal-ħruq fuq l-artal taʼ Ġeħova, skond l-ordni tas-Sultan Ġosija.+
17 U wlied Israel li kienu hemmhekk iċċelebraw il-Qbiż+ dak iż-żmien kif ukoll il-festa tal-ħobż bla ħmira għal sebat ijiem.+ 18 U qatt ma kien ġie ċelebrat Qbiż bħalu f’Israel minn żmien il-profeta Samwel,+ u lanqas ebda sultan+ ieħor taʼ Israel ma kien iċċelebra Qbiż bħal dak li ċċelebraw Ġosija u l-qassisin u l-Leviti u n-nies kollha taʼ Ġuda u Israel li kienu hemmhekk u l-abitanti taʼ Ġerusalemm. 19 Dan il-Qbiż ġie ċelebrat fis-sena tmintax tar-renju taʼ Ġosija.+
20 Wara dan kollu, meta Ġosija kien ħejja d-dar, Neko,+ is-sultan taʼ l-Eġittu,+ telaʼ biex jiġġieled f’Karkemis+ ħdejn l-Ewfrat. Imbagħad Ġosija+ ħareġ biex jiltaqaʼ miegħu.+ 21 Imma dak bagħatlu messaġġiera jgħidulu: “X’għandi x’naqsam miegħek, O sultan taʼ Ġuda? Jien mhux kontrik ġej illum, imma l-ġlieda tiegħi hi kontra dar oħra li Alla stess qal li għandi nġegħelha titwerwer. Żomm lura għall-ġid tiegħek stess minħabba Alla, li qiegħed miegħi, u tħallihx jeqirdek.”+ 22 U Ġosija ma dawwarx wiċċu lil hinn minnu+ imma għamel taʼ bir-ruħu li hu xi ħadd ieħor+ biex jiġġieled kontrih u ma tax widen għall-kliem taʼ Neko+ minn fomm Alla. Għalhekk, mar jiġġieled fil-pjanura fil-wied taʼ Megiddo.+
23 U dawk li jisparaw il-qaws+ sparaw għas-Sultan Ġosija, u b’hekk is-sultan qal lill-qaddejja tiegħu: “Niżżluni, għax ġejt midrub sewwa.”+ 24 Għaldaqstant, il-qaddejja tiegħu niżżluh minn fuq il-karru u rikkbuh fit-tieni karru tal-gwerra li kellu u ħaduh Ġerusalemm.+ B’hekk, hu miet+ u ndifen fil-post tad-dfin taʼ missirijietu;+ u Ġuda u Ġerusalemm kollha kienu mnikktin+ minħabba Ġosija. 25 U Ġeremija+ beda jkanta+ għanja taʼ niket dwar Ġosija; u l-għannejja rġiel u nisa+ kollha baqgħu jsemmu lil Ġosija fl-għanjiet taʼ niket tagħhom sa dan il-jum; u dawn ġew stabbiliti bħala regolament f’Israel, u huma miktubin hemmhekk fost l-għanjiet taʼ niket.+
26 U l-bqija tal-ġrajjiet+ taʼ Ġosija u l-atti tiegħu taʼ qalb tajba bl-imħabba,+ skond dak li hemm miktub fil-liġi+ taʼ Ġeħova, 27 u l-ġrajjiet tiegħu, mill-bidu sa l-aħħar,+ huma miktubin hemmhekk fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Israel u Ġuda.