Neħemija
1 Kliem Neħemija+ bin Ħakalija: Issa ġara li fix-xahar taʼ Kislew,+ fis-sena għoxrin,+ jien kont fil-kastell taʼ Susan.+ 2 Imbagħad daħal Ħanani,+ wieħed minn ħuti, hu u xi rġiel oħrajn minn Ġuda, u jien staqsejthom+ dwar il-Lhud,+ dawk li kienu ħarbu,+ li kien fadal mill-jasar,+ u wkoll dwar Ġerusalemm. 3 Għaldaqstant, huma qaluli: “Dawk li fadal, li fadal mill-jasar, hemmhekk fil-provinċja,+ qegħdin fi stat imwiegħer ferm+ u qed jiġu mżebilħin;+ u s-sur+ taʼ Ġerusalemm imġarraf, u l-bibien tagħha+ nħarqu bin-nar.”
4 U ġara li, malli smajt dan il-kliem, qgħadt bil-qiegħda u bdejt nibki, u bqajt imnikket għal jiem sħaħ u nsum+ u nitlob quddiem l-Alla tas-smewwiet.+ 5 U għedt: “Ah! Ġeħova l-Alla tas-smewwiet, l-Alla kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba maʼ dawk li jħobbuh+ u li jħarsu l-kmandamenti tiegħu,+ 6 jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti+ u għajnejk miftuħin, biex tismaʼ t-talba tal-qaddej tiegħek,+ li qed nitlob quddiemek illum, bi nhar u bil-lejl,+ dwar ulied Israel il-qaddejja tiegħek, waqt li l-ħin kollu nistqarr+ id-dnubiet+ taʼ wlied Israel li bihom dnibna kontrik. Aħna dnibna, kemm jien u kemm dar missieri.+ 7 Aħna bla dubju aġixxejna b’mod korrott kontrik+ u ma ħarisniex il-kmandamenti+ u r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li int tajt bi kmand lil Mosè l-qaddej tiegħek.+
8 “Ftakar,+ jekk jogħġbok, il-kelma li kkmandajt lil Mosè l-qaddej tiegħek, billi għedt, ‘Jekk intom, min-naħa tagħkom, taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà, jien, min-naħa tiegħi, inxerridkom fost il-popli.+ 9 Meta tkunu rġajtu lura lejja+ u ħaristu l-kmandamenti tiegħi+ u għamiltuhom,+ għalkemm nieskom ikunu mxerrdin f’tarf is-smewwiet, minn hemmhekk niġmagħhom+ u nġibhom+ lejn il-post li jien għażilt biex ikolli ismi jgħammar hemmhekk.’+ 10 U huma l-qaddejja tiegħek+ u l-poplu tiegħek,+ li int fdejthom bil-qawwa kbira tiegħek+ u bl-id b’saħħitha tiegħek.+ 11 Ah! Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti għat-talba tal-qaddej tiegħek u għat-talba+ tal-qaddejja tiegħek li jitgħaxxqu jibżgħu minn ismek;+ u, jekk jogħġbok, għin lill-qaddej tiegħek jirnexxi llum+ u agħmel li dan ir-raġel jitħassru.”+
Issa jien kont il-kuppier+ tas-sultan.