Neħemija
4 Issa ġara li, malli Sanballat+ semaʼ li konna qed nerġgħu nibnu s-sur, hu rrabja+ u offenda ruħu bil-kbir, u baqaʼ jiddieħaq+ bil-Lhud. 2 U beda jgħid quddiem ħutu+ u l-qawwa militari tas-Samarija, iva, beda jgħid: “X’inhuma jagħmlu dawn il-Lhud debboli? Se jiddependu minnhom infushom? Se joffru s-sagrifiċċji?+ Se jispiċċaw ix-xogħol f’jum wieħed? Jaqaw il-ġebel li nħaraq se jqajmuh mill-gzuz tat-trab?”+
3 Issa Tobija+ l-Għammoni+ kien maġenbu, u hu qal: “Jekk volpi+ jitlaʼ maʼ dak li qed jibnu, żgur iġarrfilhom il-ħajt tal-ġebel.”
4 Ismaʼ,+ O Alla tagħna, għax sirna oġġett taʼ disprezz;+ u agħmel li ż-żebliħ tagħhom+ imur lura fuq rashom stess, u ġegħelhom ikunu bħal affarijiet misruqin fl-art tal-jasar. 5 U tgħattix l-iżball tagħhom+ u d-dnub tagħhom minn quddiemek. Ħa ma jitħassarx, għax huma offendew lill-bennejja.
6 Għalhekk, komplejna nibnu s-sur, u s-sur kollu ngħaqad flimkien sa nofs l-għoli tiegħu, u n-nies kien għad għandhom qalb jaħdmu.+
7 Issa ġara li, malli Sanballat+ u Tobija+ u l-Għarab+ u l-Għammonin+ u l-Asdodin+ semgħu li t-tiswija tas-swar taʼ Ġerusalemm kienet imxiet ’il quddiem, għax fejn kien hemm it-tiċrit kien beda jingħalaq, huma rrabjaw ferm. 8 U lkoll kemm huma bdew jikkonfoffaw+ flimkien biex jiġu u jiġġieldu kontra Ġerusalemm u jfixkluni. 9 Imma aħna tlabna+ lil Alla tagħna u minħabba fihom qegħedna għassa kontrihom lejl u nhar.
10 U Ġuda beda jgħid: “Il-qawwa taʼ min iġorr it-tagħbija+ naqset, u hemm ħafna skart;+ u ma nistgħux nibnu s-sur.”
11 Iktar minn hekk, l-avversarji tagħna baqgħu jgħidu: “M’humiex se jkunu jafu+ u m’humiex se jaraw sakemm niġu fosthom, u noqtluhom u nwaqqfu x-xogħol.”
12 U ġara li, meta kienu jiġu l-Lhud li kienu jgħammru qrib l-għedewwa, huma għaxar darbiet qalulna: “L-għedewwa ġejjin jattakkaw mill-postijiet kollha fejn ngħammru, mill-postijiet fejn intom se terġgħu lura d-dar għandna.”
13 Għalhekk, qegħedt irġiel wara s-sur fil-postijiet baxxi u miftuħin, u qegħedt lin-nies f’posthom skond il-familji bis-sjuf,+ il-lanez,+ u l-qwas tagħhom. 14 Meta rajt il-biżaʼ tagħhom jien minnufih qomt u għedt lin-nobbli+ u lill-ħakkiema deputati+ u lill-bqija tan-nies: “Tibżgħux+ minħabba fihom. Żommu f’moħħkom lil Ġeħova, li hu tant kbir+ u li jqanqal il-biżaʼ;+ u ġġieldu għal ħutkom,+ għal uliedkom subien u bniet, in-nisa tagħkom u djarkom.”
15 Issa ġara li, malli l-għedewwa tagħna semgħu li sirna nafu b’dan u li l-Alla l-veru fixkel il-pjan tagħhom+ li lkoll kemm aħna rġajna lura lejn is-sur, kull wieħed lejn ix-xogħol tiegħu, 16 iva, ġara li minn dakinhar ’il quddiem nofs l-irġiel żgħażagħ tiegħi+ saru attivi fix-xogħol u nofshom kellhom il-lanez, it-tarki u l-qwas u l-kurazzi;+ u l-prinċpijiet+ kienu wara dar Ġuda kollha. 17 U kull wieħed minn dawk li kienu qed jibnu s-sur u minn dawk li kienu qed iġorru tagħbijiet tqal kien attiv fix-xogħol b’id waħda waqt li bl-id l-oħra+ kien iżomm il-vleġġa.+ 18 U l-bennejja kienu mħażżmin, kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu,+ waqt li kienu qed jibnu;+ u dak li kellu jdoqq il-qarn+ kien maġenbi.
19 U jien għedt lin-nobbli u lill-ħakkiema deputati+ u lill-bqija tan-nies: “Ix-xogħol hu kbir u mifrux, u aħna mferrxin mas-sur ’il bogħod minn xulxin. 20 Fejn tisimgħu l-ħoss tal-qarn, hemmhekk inġabru flimkien magħna. Alla tagħna nnifsu se jiġġieled għalina.”+
21 Waqt li nofsna konna attivi fix-xogħol, in-nofs l-ieħor kienu jżommu l-lanez, minn meta jibda jżernaq sa meta joħorġu l-kwiekeb. 22 Barra minn hekk, dak iż-żmien għedt lin-nies: “Ħalli l-irġiel jgħaddu l-lejl, kull wieħed mal-qaddej tiegħu, f’nofs Ġerusalemm,+ u jkunu għassiesa għalina bil-lejl u ħaddiema bi nhar.” 23 Inkwantu għalija+ u għal ħuti s-subien+ u l-qaddejja tiegħi+ u l-irġiel taʼ l-għassa+ li kienu warajja, ma konniex ninżgħu ħwejjiġna, u kull wieħed kellu l-vleġġa tiegħu+ f’idu l-leminija.