Ġob
5 “Sejjaħ, jekk jogħġbok! Hemm xi ħadd li qed iwieġbek?
U lejn liema wieħed mill-anġli qaddisin* se ddur?
2 Għax id-diqa toqtol lill-iblah,
U l-għira twassal għall-mewt lil dak li faċli jiġi mħajjar.
3 Jien stess rajt l-iblah irabbi l-għeruq,+
Imma f’daqqa waħda bdejt nisħet il-post fejn jgħammar.
4 Uliedu jibqgħu ’l bogħod mis-salvazzjoni,+
U jitgħaffġu f’bieb il-belt għax m’għandhomx min jeħlishom.
5 Il-ħsad tiegħu jieklu l-imġewwaħ;
U jieħdu saħansitra mill-ganċijiet tal-biċċier,*
U nassa tiblgħalhom il-mezz t’għajxien tagħhom.
6 Għax mhux mit-trab toħroġ il-ħsara,
U mhux mill-art jinbet l-inkwiet.
7 Għax il-bniedem jitwieled għall-inkwiet,
Bħalma x-xrar jittajjar ’il fuq.
8 Madankollu, kieku jien indur lejn Alla,
U f’idejn Alla nerħi l-kawża tiegħi,+
9 Dak li jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jifhimhom,
Għeġubijiet li ma jingħaddux;+
10 Dak li jibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art+
U jibgħat l-ilmijiet fuq il-kampanja;+
11 Dak li jqiegħed fl-għoli lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa,+
U b’hekk dawk taʼ qalbhom sewda jitgħollew f’post taʼ salvazzjoni;
12 Dak li jfixkel il-pjanijiet tal-makakki,+
U b’hekk idejhom ma jagħmlu xejn li jirnexxi;
13 Dak li jaqbad lill-għorrief fil-makakkerija tagħhom stess,+
U b’hekk il-parir tal-makakki jispiċċa f’konfużjoni;+
14 Huma jiltaqgħu mad-dlam saħansitra bi nhar,
U jteftfu ’l hemm u ’l hawn f’nofsinhar bħallikieku bil-lejl;+
15 U Dak li jsalva lil individwu mis-sejf li joħroġ minn fommhom,
U lill-fqir minn id il-wieħed b’saħħtu,+
16 U b’hekk għall-batut ikun hemm tama,+
Imma l-inġustizzja tagħlaq ħalqha.+
17 Ara! Hieni l-bniedem li jiġi mwiddeb minn Alla;+
U tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Dak li Jistaʼ Kollox!
18 Għax hu nnifsu jikkaġuna l-uġigħ, imma jinfaxxa l-ferita;
Hu jfarrak, imma idejh stess ifejqu.
19 Sitt darbiet jeħilsek mill-inkwiet,+
U għal sebaʼ darbiet ma jmissek xejn li jistaʼ jagħmillek il-ħsara.+
22 It-tħarbit u l-ġuħ int tiddieħaq bihom,
U mill-bhima salvaġġa taʼ l-art m’għandekx għalfejn tibżaʼ.
23 Għax mal-ġebel tar-rabaʼ jkun il-patt tiegħek,
U l-bhima salvaġġa tar-rabaʼ tgħix fis-sliem miegħek.+
24 U tkun taf li hemm is-sliem fit-tinda tiegħek,
U tmur u tara l-mergħa tiegħek, u xejn ma jkun nieqes.
27 Ara! Dan tkixxifnieh u hu minnu.
Isimgħu, u int—tgħallmu sew.”