Għanja. Melodija taʼ David.
108 Qalbi soda, O Alla.+
Se nkanta u ngħanni,+
Kulma hu glorjuż fija wkoll.+
2 Stenbaħ, O strument tal-korda; int ukoll, O arpa.+
Jien se nqajjem iż-żerniq.+
3 Se nfaħħrek fost il-popli, O Ġeħova;+
U ngħannilek fost il-ġnus.+
4 Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hija kbira sas-smewwiet,+
U l-verità tiegħek sas-sema.+
5 Ħa titgħolla ’l fuq mis-smewwiet, O Alla;+
U ħa tkun il-glorja tiegħek ’il fuq mill-art kollha.+
6 Sabiex il-maħbubin tiegħek jinħelsu,+
Salvana bil-leminija tiegħek u wiġibni.+
7 Alla tkellem fil-qdusija tiegħu:+
“Jien se nifraħ, lil Sikem+ nagħti bħala sehem;+
U l-pjanura l-baxxa taʼ Sukkot+ se nkejjilha u nagħtiha.
8 Tiegħi Gilegħad;+ tiegħi wkoll Manasse,+
U Efrajm hu l-fortizza tal-wieħed ewlieni tiegħi;+
Ġuda hu l-ħatar tiegħi taʼ kmandant.+
9 Mowab+ il-friskatur tiegħi tal-ħasil.+
Għal fuq Edom+ se nitfaʼ s-sandlija tiegħi.+
Fuq il-Filistja+ se ngħajjat bil-ferħ għajat taʼ rebħa.”+
10 Min se jiħodni lejn il-belt fortifikata?+
Min se jmexxini s’Edom?+
11 Mhux int, O Alla, li warrabtna+
U li ma toħroġx maʼ l-armati tagħna bħala Alla tagħna?+
12 Agħtina l-għajnuna fl-inkwiet,+
Għax għalxejn nittamaw għas-salvazzjoni mill-bniedem.+
13 Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+
U hu jisħaq lill-avversarji tagħna.+