Salmi 114 Meta Israel ħareġ mill-Eġittu,+U dar Ġakobb minn poplu li jitkellem lingwa ma tinftihemx,+ 2 Ġuda sar il-post qaddis tiegħu,+Israel id-dominju grandjuż tiegħu.+ 3 Il-baħar ra u ħarab;+Il-Ġordan beda jerġaʼ lura.+ 4 Il-muntanji qabżu bħall-imtaten,+L-għoljiet bħall-ħrief. 5 Xi ġralek, O baħar, biex ħrabt,+O Ġordan, biex bdejt terġaʼ lura?+ 6 O muntanji, għala bdejtu taqbżu bħall-imtaten,+O għoljiet, bħall-ħrief?+ 7 O art, imtela bil-biżaʼ* minħabba l-Mulej,+Minħabba l-Alla taʼ Ġakobb, 8 Li qed jibdel il-blata f’għadira taʼ l-ilma kollha qasab,+Blata taż-żnied f’għajn taʼ l-ilma.+