Salmi
Lid-direttur. Fuq l-ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David.
12 Salvani,+ O Ġeħova, għax il-leali ntemmew;+
Għax in-nies taʼ fedeltà għabu minn fost ulied il-bnedmin.
3 Ġeħova se jeqred ix-xofftejn mellisin kollha,
L-ilsien li jitkellem ħwejjeġ taʼ kburija,+
4 Dawk li qalu: “Bi lsienna nirnexxu.+
Nużaw xofftejna kif irridu. Min hu sidna?”
5 “Talli lill-magħkusin ħarbtuhom, talli l-foqra jitniehdu,+
F’dan iż-żmien inqum,” jgħid Ġeħova.+
“Inqegħedhom fis-sigurtà, ’il bogħod minn kulmin jiddieħaq bihom.”+