Salmi
Għad-direttur. Melodija taʼ David.
140 Salvani, O Ġeħova, mill-bnedmin ħżiena;+
Ipproteġini mill-bniedem li juża l-vjolenza,+
2 Nies li fasslu affarijiet ħżiena f’qalbhom,+
Li l-jum kollu jattakkawni qishom fi gwerra.+
4 Ħarisni, O Ġeħova, minn idejn il-ħażin;+
Ipproteġini mill-bniedem li juża l-vjolenza,+
Nies li fasslu pjan biex ifixklu l-passi tiegħi.+
6 Jien għedt lil Ġeħova: “Int Alla tiegħi.+
Agħti widen, O Ġeħova, għal leħni meta nitolbok bil-ħrara.”+
7 O Ġeħova l-Mulej Sovran,+ is-saħħa tas-salvazzjoni tiegħi,+
Int għattejtli rasi f’jum il-battalja.+
8 O Ġeħova, taqtax ix-xewqa tal-ħażin.+
Tħallix il-konfoffi tiegħu jirnexxu, biex ma jitgħolliex.+ Sela.
10 Ħa jintefaʼ fuqhom il-ġamar.+
Ħa jaqgħu fin-nar,+ fil-bjar bl-ilma, sabiex ma jkunux jistgħu jitilgħu.+
11 Ħa ma jkunx stabbilit fis-sod fuq l-art dak li jpaċpaċ ħafna.+
Il-bniedem vjolenti—ħa jikkaċċjah il-ħażen b’attakk wara l-ieħor.+