148 Faħħru lil Jah!+
Faħħru lil Ġeħova mis-smewwiet,+
Faħħruh fl-għoli.+
2 Faħħruh, anġli kollha tiegħu.+
Faħħru, armata kollha tiegħu.+
3 Faħħruh, xemx u qamar.+
Faħħruh, kwiekeb kollha tad-dawl.+
4 Faħħruh, smewwiet tas-smewwiet,+
U ilmijiet li qegħdin ’il fuq mis-smewwiet.+
5 Ħa jfaħħru isem Ġeħova;+
Għax hu kkmanda, u huma nħolqu.+
6 U hu jżommhom weqfin għal dejjem, għal żmien indefinit.+
Għamel regolament li mhux se jgħaddi.+
7 Faħħru lil Ġeħova mill-art,+
Mostri tal-baħar u intom ilmijiet fondi kollha,+
8 Nar u silġ, borra u duħħan oħxon,+
Riefnu qawwi li qed twettaq kelmtu,+
9 Muntanji u għoljiet kollha,+
Siġar tal-frott u ċedri kollha,+
10 Annimali salvaġġi u annimali domestiċi kollha,+
Ħlejjaq li titkaxkru u għasafar bil-ġwienaħ,+
11 Slaten taʼ l-art+ u popli kollha,
Prinċpijiet+ u mħallfin kollha taʼ l-art,+
12 Ġuvintur+ u xebbiet,+
Xjuħ+ flimkien mat-tfal.+
13 Ħa jfaħħru isem Ġeħova,+
Għax ismu biss hu tant fl-għoli li ma jintlaħaqx.+
Id-dinjità tiegħu hi ’l fuq mill-art u s-sema.+
14 Hu se jgħolli l-qarn tal-poplu tiegħu,+
It-tifħir taʼ dawk kollha leali lejh,+
Taʼ wlied Israel, il-poplu li hu qribu.+
Faħħru lil Jah!+