Salmi
IT-TIENI KTIEB
Lid-direttur. Maskil* għal ulied Koraħ.+
3 Id-dmugħ tiegħi sar ikel għalija lejl u nhar,+
Waqt li l-jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+
4 Niftakar l-affarijiet taʼ l-imgħoddi, u nħoss ruħi ddub ġewwa fija.+
Għax jien kont ngħaddi mal-ġemgħa;
Kont nimxi bil-mod quddiemhom lejn id-dar t’Alla,+
Bil-ħoss t’għajta ferriħija u radd il-ħajr,+
Taʼ folla li tiċċelebra festa.+
5 Għala int iddisprata, O ruħi,+
U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+
Stenna lil Alla,+
Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-salvazzjoni grandjuża tiegħi.+
6 O Alla tiegħi, ruħi ddisprata ġewwa fija.+
Għalhekk niftakar fik,+
Mill-art tal-Ġordan u l-qċaċet tal-Ħermon,+
Mill-muntanja ċ-ċkejkna.+
7 Ilma fond isejjaħ lil ilma fond
Mal-ħoss tal-gliegel tiegħek taʼ l-ilma.
Il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek+—
Minn fuqi għaddew.+
8 Bi nhar Ġeħova se jibgħat il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu,+
U bil-lejl inkanta dwaru;+
Se nitlob lill-Alla taʼ ħajti.+
9 Se ngħid lil Alla, il-blat għoli tiegħi:+
“Għala nsejtni?+
Għala nimxi qalbi sewda minħabba l-moħqrija taʼ l-għadu?”+