Salmi
Lid-direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Maskil.*
44 O Alla, smajna b’widnejna,
Missirijietna rrakkontawlna+
Dak li għamilt fi żmienhom,+
Fi żmien il-qedem.+
2 B’idek keċċejt lill-ġnus l-oħrajn,+
U minflokhom ħawwilt lilhom.+
Int kissirt lill-popli u bgħatthom ’l hemm.+
3 Għax ma kienx permezz taʼ sejfhom li ħadu f’idejhom l-art,+
U ma kienx driegħhom li salvahom.+
Kienu idek il-leminija u driegħek+ u d-dawl taʼ wiċċek,
Għax int ħadt gost bihom.+
5 Permezz tiegħek aħna se rrossu lill-avversarji tagħna;+
F’ismek se nisħqu lil dawk li qed iqumu kontrina.+
7 Għax int salvajtna mill-avversarji tagħna,+
U lil dawk mimlijin mibegħda għalina ġegħelthom jistħu.+
10 Int tibqaʼ ġġegħelna nerġgħu lura minn quddiem l-avversarju,+
U dawk mimlijin mibegħda għalina ħarbtuna kif qablilhom.+
13 Għamiltna oġġett taʼ żebliħ għall-ġirien tagħna,+
Taċ-ċajt u tad-daħq għal dawk kollha taʼ madwarna.+
15 L-umiljazzjoni tiegħi quddiemi l-jum kollu,
U wiċċi nkesa bil-mistħija,+
16 Minħabba leħen dak li qed imaqdar u jgħajjar,
Minħabba l-għadu u dak li qed jivvendika ruħu.+
18 Qalbna ma warrbitx minnek bi żlealtà,+
Lanqas il-passi tagħna ma jiżvijaw mill-mogħdija tiegħek.+