Lid-direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija.
47 Intom il-popli kollha, ċapċpu idejkom.+
Għajtu lil Alla għajat ferrieħi taʼ rebħa.+
2 Għax Ġeħova, l-Iktar Għoli, iqanqal il-biżaʼ;+
Hu Sultan kbir fuq l-art kollha.+
3 Se jrażżan lill-popli taħtna+
U lill-ġnus taħt saqajna.+
4 Se jagħżlilna wirtna,+
Li Ġakobb, li hu tant ħabb, hu kburi bih.+ Sela.
5 Alla telaʼ f’postu b’għajat mimli ferħ,+
Ġeħova wasal bil-ħoss tal-qarn.+
6 Għannu lil Alla, għannu.+
Għannu lis-Sultan tagħna, għannu.
7 Għax Alla hu s-Sultan taʼ l-art kollha;+
Għannu, u aġixxu bil-għaqal.+
8 Alla sar sultan fuq il-ġnus.+
Alla poġġa fuq it-tron qaddis tiegħu.+
9 In-nobbli tal-popli nġabru flimkien,+
Man-nies taʼ l-Alla t’Abraham.+
Għax t’Alla huma dawk li qishom it-tarki taʼ l-art.+
Hu telaʼ f’post għoli ferm.+