Lid-direttur. Melodija taʼ David.
64 O Alla, ismaʼ leħni fl-inkwiet tiegħi.+
Mit-twerwir taʼ l-għadu ħarisli ħajti.+
2 Aħbini mid-diskors kunfidenzjali tal-ħżiena,+
Mill-istorbju taʼ dawk li jipprattikaw il-ħsara,+
3 Li sinnew ilsienhom bħal sejf,+
Li mmiraw il-vleġġa tagħhom, kliem taʼ mrar,+
4 Biex jisparaw minfejn ikunu moħbijin lejn bniedem bla ħtija.+
Jisparawlu f’daqqa waħda u ma jibżgħux.+
5 Jibqgħu jgħidu kliem mill-agħar;+
Jitkellmu dwar kif se jaħbu n-nases.+
Qalu: “Min se jarahom?”+
6 Jibqgħu jfittxu affarijiet mhux sewwa;+
Fasslu bil-moħbi pjan makakk u maħsub tajjeb,+
U fil-fond wisq hu l-ġewwieni taʼ kull wieħed minnhom, iva, qalbu.+
7 Imma f’daqqa waħda Alla se jisparalhom vleġġa,+
U jimtlew bil-feriti.+
8 Huma jfixklu lil dak li jkun.+
Imma lsienhom idur kontrihom stess.+
Kulmin iħares lejhom se jxejjer rasu,+
9 U l-bnedmin kollha jibżgħu;+
U jitkellmu dwar l-attività t’Alla,+
U jifhmu għemilu.+
10 Il-ġust se jithenna b’Ġeħova u jistkenn fih;+
U dawk kollha retti f’qalbhom se jiftaħru.+