Lid-direttur. Taʼ David, bħala tfakkira.+
70 O Alla, fittex eħlisni,+
O Ġeħova, fittex għinni.+
2 Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+
Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-gwaj tiegħi.+
3 Ħa jerġgħu lura minħabba l-mistħija tagħhom dawk li qed jgħidu: “Ħaħ, ħaħ!”+
4 Ħa jifirħu u jithennew bik dawk kollha li qed ifittxuk+
U jgħidu l-ħin kollu: “Ħa jkun Alla mfaħħar bil-kbir!”—dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek.+
5 Imma jien qed insofri u fqir.+
O Alla, aġixxi malajr għalija.+
Int l-għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+
O Ġeħova, iddumx.+