Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda. Melodija. T’Asaf.+ Għanja.
76 Alla hu magħruf f’Ġuda;+
F’Israel ismu hu kbir.+
2 Il-moħba tiegħu hi f’Salem,+
U l-post fejn jgħammar jinsab f’Sijon.+
3 Hemmhekk hu kisser il-vleġeġ jaħarqu tal-qaws,+
It-tarka u s-sejf u l-battalja.+ Sela.
4 Int imdawwar bid-dawl, iktar maestuż mill-muntanji mimlijin bl-annimali tal-priża.+
5 Dawk taʼ qalbhom qawwija ġew rovinati;+
Ħadhom in-ngħas u raqdu,+
U ħadd mill-irġiel qalbenin kollha ma kellu saħħa f’idejh.+
6 Biċ-ċanfira tiegħek, O Alla taʼ Ġakobb, kemm is-sewwieq tal-karru u kemm iż-żiemel raqdu fil-fond.+
7 Int—int tqanqal il-biżaʼ,+
U min jistaʼ jieqaf quddiemek minħabba s-saħħa tar-rabja tiegħek?+
8 Mis-sema int semmajt il-ġudizzju;+
L-art beżgħet u qagħdet kwieta+
9 Meta Alla qam biex jiġġudika,+
Biex isalva lill-ġwejdin kollha taʼ l-art.+ Sela.
10 Għax l-istess korla tal-bniedem se tfaħħrek;+
Il-bqija tal-korla int se titħażżem biha.
11 Agħmlu wegħdi lil Ġeħova Alla tagħkom u rodduhom, intom ilkoll li qegħdin madwaru.+
Ġibu għotja bil-biżaʼ.+
12 Hu se jumilja l-ispirtu tal-mexxejja;+
Iqanqal il-biżaʼ fis-slaten taʼ l-art.+