Melodija.
98 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+
Għax taʼ l-għaġeb l-affarijiet li għamel.+
Kiseb salvazzjoni b’lemintu, iva, bid-driegħ qaddis tiegħu.+
2 Ġeħova għamel is-salvazzjoni tiegħu magħrufa;+
F’għajnejn il-ġnus wera s-sewwa tiegħu.+
3 Hu ftakar fil-wegħda li għamel biex juri qalb tajba bl-imħabba u fedeltà maʼ dar Israel.+
It-truf kollha taʼ l-art raw is-salvazzjoni minn Alla tagħna.+
4 Għajtu lil Ġeħova bil-ferħ għajat taʼ rebħa, nies kollha taʼ l-art.+
Thennew, għajtu bil-ferħ, u għannu.+
5 Għannu lil Ġeħova bl-arpa,+
Bl-arpa u bil-leħen taʼ melodija.+
6 Bit-trumbetti u bil-ħoss tal-qarn+
Għajtu bil-ferħ għajat taʼ rebħa quddiem is-Sultan, Ġeħova.
7 Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih,+
L-art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+
8 Ħa jċapċpu idejhom ix-xmajjar;
Ħa jgħajtu bil-ferħ il-muntanji kollha+
9 Quddiem Ġeħova, għax hu ġie biex jiġġudika l-art.+
Se jiġġudika l-art abitata bis-sewwa+
U lill-popli b’mod rett.+