Proverbji
16 Hu f’idejn il-bniedem li jirranġa l-affarijiet li hemm fil-qalb,+ imma mingħand Ġeħova hi t-tweġiba taʼ l-ilsien.+
2 It-triqat kollha taʼ bniedem huma puri f’għajnejh,+ imma Ġeħova qed jiżen l-ispirtu.+
3 Erħi l-ħidma tiegħek f’idejn Ġeħova+ u l-pjanijiet tiegħek ikunu stabbiliti fis-sod.+
4 Ġeħova għamel kollox għall-iskop tiegħu,+ iva, anki l-bniedem mill-agħar għall-jum il-ħażin.+
5 Kulmin hu kburi f’qalbu hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.+ Id tistaʼ tingħaqad maʼ id, iżda wieħed ma jkunx ħieles mill-kastig.+
6 Żball jitpatta bil-qalb tajba bl-imħabba u l-verità,+ u bil-biżaʼ taʼ Ġeħova wieħed jitbiegħed mill-ħażen.+
7 Meta Ġeħova jieħu pjaċir bit-triqat taʼ bniedem,+ hu saħansitra jġiegħel lill-għedewwa tiegħu jkunu fil-paċi miegħu.+
8 Aħjar ftit u bis-sewwa+ milli abbundanza taʼ prodotti mingħajr ġustizzja.+
9 Qalb il-bniedem tistaʼ taħseb sew x’se jagħmel,+ imma huwa Ġeħova li jidderiġilu l-passi tiegħu.+
10 Fuq xofftejn is-sultan għandu jkun hemm deċiżjoni ispirata;+ meta jagħmel ġudizzju, fommu m’għandux ikun nieqes mill-fedeltà.+
11 Il-kejl u l-miżien ġust huma taʼ Ġeħova;+ kull użin* fil-borża huwa xogħlu.+
12 L-għemejjel mill-agħar huma xi ħaġa mistkerrha għas-slaten,+ għax it-tron jiġi stabbilit fis-sod permezz tas-sewwa.+
13 Sultan kbir jieħu pjaċir b’xofftejn is-sewwa;+ u hu jħobb lil min jgħid affarijiet retti.+
14 Il-korla taʼ sultan hi bħal messaġġiera tal-mewt,+ imma l-għaref iberridha.+
15 Fid-dawl taʼ wiċċ is-sultan hemm il-ħajja,+ u l-approvazzjoni tiegħu hi bħal sħaba tax-xita tar-rebbiegħa.+
16 O kemm hu aħjar li jinkiseb l-għerf milli d-deheb!+ U wieħed għandu iktar jippreferi jikseb l-abbiltà li jifhem milli l-fidda.+
17 Ir-retti jitbiegħdu mit-triq tal-ħażen.+ Min qed jgħasses triqtu qed iħares lil ruħu.+
18 Qabel tisbita jkun hemm il-kburija,+ u qabel it-tfixkil ikun hemm spirtu supperv.+
19 Aħjar tkun umli fl-ispirtu u mal-ġwejdin+ milli taqsam il-priża maʼ l-imkabbrin.+
20 Min qed juri d-dehen fi kwistjoni se jsib it-tajjeb,+ u hieni hu min qed jafda f’Ġeħova.+
21 Min f’qalbu hu għaref se jingħad dwaru li għandu l-abbiltà li jifhem,+ u min f’xofftejh hu ħelu jżid il-persważjoni.+
22 Id-dehen hu bir tal-ħajja għal sidu;+ u d-dixxiplina tal-boloh hi bluha.+
23 Qalb l-għaref iġġiegħel lil fommu juri d-dehen,+ u żżid il-persważjoni lil xofftejh.+
24 Kliem pjaċevoli huwa xehda għasel,+ ħelu għar-ruħ u fejqan għall-għadam.+
25 Hemm triq li tidher retta għal bniedem,+ imma mbagħad tmiemha hu l-mewt.+
26 Il-ħaddiem bieżel ħadem iebes għalih innifsu,+ għax ħalqu għamel pressjoni kbira fuqu.+
27 Bniedem li m’hu tajjeb għal xejn qed iħaffer u jaqlaʼ dak li hu ħażin,+ u fuq xofftejh hemm bħallikieku nar jikwi.+
28 Bniedem li jikkonfoffa jibqaʼ jaqlaʼ l-ġlied,+ u l-kalunnjatur jifred lil dawk li jafu lil xulxin sew.+
29 Min hu vjolenti jħajjar lil sieħbu,+ u jġiegħlu jmur fi triq li mhix tajba.+ 30 Dak li qed jegħmeż b’għajnejh qed jippjana l-konfoffi.+ Jagħfas xofftejh flimkien u jwettaq il-ħsara kollha.
31 Ix-xagħar griż hu kuruna taʼ sbuħija+ meta jkun fit-triq tas-sewwa.+
32 Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan,+ u dak li qed jikkontrolla l-ispirtu tiegħu aħjar minn wieħed li qed jirbaħ belt.+
33 Wieħed jistaʼ jitfaʼ x-xorti f’ħoġru,+ imma kull deċiżjoni permezz tagħha hi minn Ġeħova.+