Proverbji
21 Il-qalb taʼ sultan hi bħal nixxigħat taʼ ilma f’id Ġeħova.+ Idawwarha kulfejn jogħġbu.+
2 It-triqat kollha taʼ bniedem huma retti f’għajnejh,+ imma Ġeħova qed jiżen il-qlub.+
3 Ġeħova jippreferi li jsiru s-sewwa u l-ġustizzja milli s-sagrifiċċji.+
4 Għajnejn suppervi u qalb arroganti,+ il-musbieħ tal-bnedmin mill-agħar, huma dnub.+
5 Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih,+ imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-bżonn.+
6 It-teżori miksubin bi lsien falz huma bħal fwar li jgħib,+ fil-każ taʼ dawk li qed ifittxu l-mewt.+
7 It-tħarbit tal-bnedmin mill-agħar se jkaxkarhom miegħu,+ għax huma ma ridux jagħmlu ġustizzja.+
8 It-triq taʼ wieħed li żvija hija mgħawġa,+ imma l-għemejjel tal-bniedem pur huma retti.+
9 Aħjar tgħammar f’rokna fuq bejt+ milli fl-istess dar maʼ mara ġellieda.+
10 Ruħ il-bniedem mill-agħar ixxenqet għall-ħażen;+ għajru ma jintweriex ħniena minnu.+
11 Meta min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt jeħel multa, dak taʼ bla esperjenza jsir għaref;+ u meta l-għaref jingħata d-dehen jikseb l-għarfien.+
12 Il-Ġust qed jikkunsidra d-dar tal-bniedem mill-agħar+ u jġarraf lill-ħżiena sabiex iġarrbu gwaj.+
13 Kulmin isodd widintu għall-ilmenti tal-batut,+ hu wkoll se jsejjaħ u jibqaʼ bla tweġiba.+
14 Rigal mogħti bil-moħbi jrażżan ir-rabja;+ u tixħim minn taħt*+ irażżan korla kbira.
15 Il-ġust jifraħ meta jagħmel il-ġustizzja,+ imma hemm xi ħaġa terribbli għal min jipprattika l-ħsara.+
16 Il-bniedem li jiżvija mit-triq tad-dehen+ se jistrieħ fost dawk bla qawwa fil-mewt.+
17 Min iħobb id-divertiment jaqaʼ fl-għaks;+ min iħobb l-inbid u ż-żejt ma jiksibx rikkezzi.+
18 Il-bniedem mill-agħar hu fidwa għall-ġust;+ u min jaġixxi bi tradiment jieħu post ir-retti.+
19 Aħjar tgħammar fix-xagħri milli maʼ mara ġellieda u d-dwejjaq li ġġib magħha.+
20 Teżor sabiħ u żejt hemm f’dar l-għaref,+ imma l-istupidu jaħlihom.+
21 Min qed jiġri wara s-sewwa+ u l-qalb tajba bl-imħabba se jsib il-ħajja, is-sewwa u l-glorja.+
22 L-għaref telaʼ mas-sur tal-belt tas-setgħanin, sabiex iġarraf is-saħħa tal-fiduċja tagħha.+
23 Min qed iħares fommu u lsienu qed iħares ruħu mill-inkwiet.+
24 Prużuntuż u fanfarun minfuħ bih innifsu jissejjaħ min jaġixxi bil-prużunzjoni fil-qilla tiegħu.+
25 Ix-xenqa taʼ l-għażżien toqtlu, għax idejh ma ridux jaħdmu.+ 26 Il-jum kollu wera li jixxennaq bil-ħerqa, imma l-ġust jagħti u ma jżomm xejn lura.+
27 Is-sagrifiċċju tal-bnedmin mill-agħar hu xi ħaġa mistkerrha.+ Kemm iktar meta wieħed joffrih b’kondotta laxka!+
28 Xhud giddieb jgħib,+ imma l-bniedem li qed jismaʼ se jibqaʼ jitkellem għal dejjem.+
29 Il-bniedem mill-agħar wera wiċċ tost,+ imma r-rett se jistabbilixxi triqatu fis-sod.+
30 M’hemm ebda għerf, jew dixxerniment, jew parir meta dan imur kontra Ġeħova.+
31 Iż-żiemel jitħejja għal jum il-battalja,+ imma s-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.+