Proverbji
26 Bħall-borra fis-sajf u bħax-xita fi żmien il-ħsad,+ hekk il-glorja m’hijiex xierqa għal wieħed stupidu.+
2 Bħalma għasfur ikollu għalxiex jaħrab u ħuttafa għalxiex ittir, hekk ukoll is-saħta ma tiġix għalxejn.+
3 Il-frosta hi għaż-żiemel,+ l-ilġiem+ għall-ħmar, u l-ħatar għal dahar l-istupidi.+
4 Twiġibx lil xi ħadd stupidu skond bluhitu, li ma tmurx int stess issir bħalu.+
5 Wieġeb lil xi ħadd stupidu skond bluhitu, li ma jmurx isir għaref f’għajnejh stess.+
6 Bħal wieħed li qed jaqtaʼ saqajh barra, bħal wieħed li qed jixrob il-vjolenza, hekk hu dak li qed iħalli l-affarijiet f’idejn xi ħadd stupidu.+
7 Riġlejn iz-zopp tellgħu l-ilma? Mela hemm proverbju f’fomm l-istupidi.+
8 Bħal wieħed li qed jordom ġebla f’borġ ġebel, hekk hu dak li jagħti glorja lill-istupidu.+
9 Bħal xewka li telgħet f’id sakranazz, hekk hu proverbju f’fomm l-istupidi.+
10 Bħal arċier li jniffed kollox, hekk hu dak li jħaddem lil xi ħadd stupidu+ jew dak li jħaddem lil min ikun għaddej.
11 Bħal kelb li jerġaʼ lura għall-vomtu tiegħu, hekk l-istupidu qed jirripeti bluhitu.+
12 Rajt bniedem li f’għajnejh stess hu għaref?+ Hemm iktar tama għall-istupidu+ milli għalih.
13 L-għażżien qal: “Hemm iljun b’saħħtu fit-triq, iljun idur fil-pjazez.”+
14 Bieb jibqaʼ jdur fuq il-pern tiegħu, u l-għażżien fuq soddtu.+
15 L-għażżien ħeba idu fl-iskutella taʼ l-ikel; għeja wisq biex ireġġagħha lura lejn ħalqu.+
16 F’għajnejh, l-għażżien hu iktar għaref+ minn sebgħa li jagħtu risposta bis-sens.
17 Bħal wieħed li jaqbad kelb minn widnejh, hekk hu min ikun għaddej u jirrabja minħabba tilwima li m’hijiex tiegħu.+
18 Bħal xi ħadd miġnun li jispara vleġeġ tan-nar+ u vleġeġ li jġibu l-mewt, 19 hekk hu l-bniedem li daħaq b’għajru u qal: “Mhux niċċajta kont?”+
20 Fejn m’hemmx ħatab in-nar jintefa, u fejn m’hemmx min jimmalafama l-ġlied jieqaf.+
21 Bħall-faħam għall-ġamar u l-ħatab għan-nar, hekk hu raġel ġellied+ biex ikebbes tilwima.
22 Kliem il-kalunnjatur hu bħal affarijiet li jinbelgħu b’regħba u li jinżlu fl-iktar parti ġewwinija taż-żaqq.+
23 Bħal kisja tal-fidda fuq biċċa fuħħar, hekk huma x-xofftejn kollhom ħeġġa flimkien maʼ qalb ħażina.+
24 B’xofftejh dak li jobgħod ma jħallix lil min jagħrfu, imma jaħbi l-qerq fih innifsu.+ 25 Għalkemm jagħmel leħnu grazzjuż,+ temminx fih,+ għax f’qalbu hemm sebaʼ affarijiet mistkerrhin.+ 26 Il-mibegħda titgħatta bil-qerq. Ħżunitu se tinkixef fil-kongregazzjoni.+
27 Min qed iħaffer ħofra se jaqaʼ ġo fiha;+ u min qed igerbeb ġebla, din se terġaʼ lura għal fuqu.+
28 Ilsien giddieb jobgħod lil min jiġi mkisser minnu,+ u fomm melliesi jġib rovina.+