Proverbji
28 In-nies mill-agħar jaħarbu meta ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom,+ imma l-ġusti huma fiduċjużi bħal iljun b’saħħtu.+
2 Minħabba l-ksur tal-liġi, pajjiż ikollu ħafna prinċpijiet li jaħkmu wieħed wara l-ieħor,+ imma permezz taʼ bniedem li għandu d-dixxerniment u jaf x’inhu sewwa, il-prinċep idum għal żmien twil.+
3 Ir-raġel taʼ ftit mezzi li qed jimbrolja+ lill-batuti hu bħal xita li tkaxkar kollox u ma tħallix ikel.
4 Dawk li jitilqu l-liġi jfaħħru lill-bniedem mill-agħar,+ imma dawk li jħarsu l-liġi jagħdbu ferm għalihom.+
5 Il-bnedmin mogħtijin għall-ħażen ma jistgħux jifhmu l-ġustizzja, imma dawk li qed ifittxu lil Ġeħova jistgħu jifhmu kollox.+
6 Aħjar wieħed taʼ ftit mezzi li qed jimxi bl-integrità tiegħu minn xi ħadd għani imma li għandu triqatu mgħawġin.+
7 Iben li għandu l-abbiltà li jifhem qed josserva l-liġi,+ imma min jissieħeb maʼ dawk li għandhom kilba għall-ikel jumilja lil missieru.+
8 Min qed ikattar ġidu bl-imgħax+ u b’self bi qligħ, qed jiġmagħhom għal min iħenn għall-batut.+
9 Min idawwar widintu biex ma jismax il-liġi+—anki t-talba tiegħu hi xi ħaġa mistkerrha.+
10 Dak li qed iġiegħel lir-retti jiżvijaw+ għal ġot-triq il-ħażina se jaqaʼ fil-ħofra tiegħu stess,+ imma dawk bla nuqqas se jsibu t-tajjeb.+
11 L-għani hu għaref f’għajnejh stess,+ imma l-batut li għandu d-dixxerniment jagħraf x’inhu tassew.+
12 Hija xi ħaġa sabiħa meta l-ġusti jkunu qed jifirħu;+ imma meta jitilgħu n-nies mill-agħar, wieħed ma jħallix lilu nnifsu jintgħaraf.+
13 Min jgħatti n-nuqqasijiet tiegħu m’huwiex se jirnexxi,+ imma min jistqarrhom u jitlaqhom jintwera ħniena.+
14 Hieni l-bniedem li jibżaʼ l-ħin kollu,+ imma min iwebbes qalbu jiġi fil-gwaj.+
15 Bħal iljun li jgerger irrabjat u ors li jattakka, hekk hu ħakkiem mill-agħar fuq poplu batut.+
16 Jekk ikun nieqes mid-dixxerniment veru, mexxej jagħmel ukoll ħafna frodi;+ imma dak li qed jobgħod il-qligħ inġust+ se jtawwal għomru.
17 Bniedem mgħobbi bil-ħtija tad-demm taʼ xi ħadd* jibqaʼ jaħrab sa ma jasal fil-ħofra.+ Ħa ma jżommu ħadd.
18 Min jimxi bla nuqqas se jiġi salvat,+ imma min triqatu mgħawġin se jaqaʼ mill-ewwel.+
19 Min qed jaħdem l-art tiegħu se jimtela bil-ħobż,+ u min qed ifittex affarijiet bla siwi se jimtela bil-faqar.+
20 Bniedem li jaġixxi bil-fedeltà se jikseb ħafna barkiet,+ imma dak li qed iħaffef biex jikseb ir-rikkezzi mhux se jibqaʼ innoċenti.+
21 Mhux tajjeb li tintwera parzjalità,+ lanqas li raġel b’saħħtu jikser il-liġi fuq biċċa ħobż.
22 Bniedem b’għajn għajjura qed iħabrek biex jikseb affarijiet taʼ valur,+ imma ma jafx li għad jiġi fuqu l-għaks.
23 Min iwiddeb lil xi ħadd,+ iktar tard se jkun rispettat iżjed minn dak li jmelles bi lsienu.
24 Min qed jisraq lil missieru u lil ommu+ u jgħid: “M’iniex nikser il-liġi,”+ hu sieħeb dak li qed iġib rovina.
25 Min hu arroganti jaqlaʼ l-ġlied,+ imma min jistrieħ fuq Ġeħova jitqawwa.+
26 Min jafda lil qalbu stess hu stupidu,+ imma dak li jimxi bl-għerf jeħlisha.+
27 Min qed jagħti lil dak taʼ ftit mezzi ma jaqax fl-għaks,+ imma min qed jgħatti għajnejh ikollu ħafna saħtiet.+
28 Meta jitilgħu n-nies mill-agħar, wieħed jinħeba;+ imma meta jgħibu, il-ġusti joktru.+