Proverbji
9 L-għerf* veru+ bena daru;+ qataʼ s-sebaʼ kolonni tagħha. 2 Organizza l-qtil taʼ l-annimali; ħallat l-inbid tiegħu; u iktar minn hekk, firex il-mejda tiegħu.+ 3 Bagħat lill-qaddejja nisa tiegħu, sabiex ikun jistaʼ jsejjaħ minn fuq il-qċaċet taʼ l-għoljiet tal-belt: 4 “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ Lil kulmin għandu qalbu belha,*+ l-għerf qallu: 5 “Ejjew, kulu l-ħobż tiegħi u ixorbu l-inbid li ħallatt.+ 6 Itilqu lil dawk taʼ bla esperjenza biex tibqgħu tgħixu,+ u imxu dritti fit-triq taʼ l-abbiltà li tifhmu.”+
7 Min qed jikkoreġi lil dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt qed iġib diżunur fuqu nnifsu,+ u min qed iwiddeb lil wieħed mill-agħar ikollu difett.+ 8 Twiddibx lil xi ħadd li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt, sabiex ma jobogħdokx.+ Widdeb lill-għaref u jħobbok.+ 9 Agħti lill-għaref u jsir iktar għaref.+ Agħti l-għarfien lil bniedem sewwa u jkompli jitgħallem.
10 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-bidu taʼ l-għerf,+ u l-għarfien dwar l-Iktar Wieħed Qaddis jagħtik l-abbiltà li tifhem.+ 11 Għax bija joktrulek jiemek,+ u snin ħajtek jiżdidulek.+ 12 Jekk sirt għaref, sirt għaref għalik stess;+ u jekk waqqajt għaċ-ċajt, int se tbati, int biss.+
13 Mara stupida hi storbjuża.+ Hi u s-sempliċità tal-moħħ xorta waħda, u ma taf xejn li xejn.+ 14 U poġġiet bil-qiegħda fid-daħla taʼ darha, fuq siġġu, fil-postijiet għoljin tal-belt,+ 15 sabiex issejjaħ lil dawk għaddejjin mit-triq, dawk li sejrin dritt f’mogħdijiethom:+ 16 “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ U lil kulmin għandu qalbu belha,*+ hi qaltlu wkoll: 17 “L-ilmijiet misruqin huma ħelwin,+ u l-ħobż li jittiekel bil-moħbi jagħti pjaċir.”+ 18 Imma ma jafx li dawk bla qawwa fil-mewt qegħdin hemm, li dawk li stidnithom jidħlu ġewwa jinsabu fil-postijiet baxxi tal-Qabar.*+