Isaija
10 Gwaj għal dawk li qed jgħaddu regolamenti taʼ ħsara+ u dawk li l-ħin kollu jiktbu digrieti li jġibu l-inkwiet, 2 sabiex iwarrbu lill-batuti minn kawża legali u jaħtfu l-ġustizzja minn id il-magħkusin tal-poplu tiegħi,+ biex jagħmlu lin-nisa romol priża tagħhom, u sabiex jisirqu saħansitra lis-subien bla missier!+ 3 U x’se tagħmlu dakinhar li l-attenzjoni ddur fuqkom,+ u fir-rovina, meta din tiġi mill-bogħod?+ Għand min se taħarbu għall-għajnuna,+ u fejn se tħallu l-glorja tagħkom,+ 4 meta ma jibqgħalkomx ħlief li tmilu mal-priġunieri u li taqgħu mal-maqtulin?+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+
5 “Ara, l-Assirjan,+ il-ħatar għar-rabja tiegħi,+ u l-għuda li qiegħda f’idhom għall-kundanna tiegħi! 6 Kontra ġens apostata+ se nibagħtu, u kontra l-poplu tar-rabja qalila tiegħi se noħroġlu kmand,+ biex jieħu ħafna priża u biex jisraq kemm jiflaħ u jgħaffġu bħat-tajn tat-toroq.+ 7 Għalkemm forsi ma jkunx hekk, se jħossu inklinat jagħmel dan; għalkemm qalbu forsi ma tkunx hekk, se jfassal pjanijiet dwar dan, għax f’qalbu għandu li jeqred għalkollox,+ u biex jeqred ħafna ġnus.+ 8 Għax hu jgħid, ‘M’humiex il-prinċpijiet tiegħi slaten fl-istess ħin?+ 9 M’hijiex Kalno+ bħal Karkemis?+ M’hijiex Ħamat+ bħal Arfad?+ M’hijiex is-Samarija+ bħal Damasku?+ 10 Kulmeta idi laħqet is-saltniet taʼ xi alla bla siwi li x-xbihat minquxin tiegħu huma iżjed kotrana minn dawk li hemm Ġerusalemm u s-Samarija,+ 11 ma kienx ir-riżultat l-istess bħalma se nagħmel lis-Samarija u l-allat bla siwi tagħha,+ u li mbagħad se nagħmel lil Ġerusalemm u l-idoli tagħha?’+
12 “U jrid iseħħ li meta Ġeħova jtemm ix-xogħol kollu tiegħu fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm, jien se nitlob kont mis-sultan taʼ l-Assirja minħabba l-qalb insolenti tiegħu u għajnejh l-imkabbrin għax jaħseb li hu xi ħaġa.+ 13 Għax hu qal: ‘Se naġixxi bil-qawwa taʼ idi,+ u b’għerfi, għax għandi l-abbiltà li nifhem; u se nneħħi l-fruntieri tal-popli,+ u l-affarijiet maħżunin tagħhom se nħarbathom,+ u bħal wieħed qawwi se nwaqqaʼ lill-abitanti.+ 14 U idi+ se tilħaq ir-riżorsi+ tal-popli daqslikieku kienu bejta taʼ l-għasafar; u bħalma jinġabar il-bajd li jkun tħalla, jien se niġbor l-art kollha, u ma jkun hemm ħadd li jħabbat ġwinħajh jew jiftaħ ħalqu jew ipespes.’”
15 Sejra mannara togħla fuq dak li jaqtaʼ biha, jew is-serrieq jitkabbar fuq dak li jmexxih ’il quddiem u lura, bħallikieku l-bastun iressaq ’il quddiem u lura lil dawk li jgħolluh, u l-ħatar għolla lil min m’huwiex taʼ l-injam?+ 16 Għalhekk, il-Mulej il-veru, Ġeħova taʼ l-armati, se jibqaʼ jibgħat fuq il-qawwijin tiegħu marda li therrihom,+ u taħt il-glorja tiegħu se jibqaʼ jaqbad ħruq bħall-ħruq tan-nar.+ 17 U d-Dawl taʼ Israel+ irid isir nar,+ u l-Qaddis tiegħu fjamma;+ u din trid tħeġġeġ u tiblaʼ l-ħaxix ħażin u l-għollieq tiegħu+ f’jum wieħed. 18 U l-glorja tal-foresta u tal-ġnien tal-frott tiegħu Hu se jtemmha għalkollox,+ u ssir bħal xi ħadd marid li qed idub fix-xejn.+ 19 U l-bqija tas-siġar tal-foresta tiegħu tant isiru ftit li anki tifel ikun jaf jikteb kemm ikun hemm.+
20 U jseħħ dakinhar li dawk li jifdal minn Israel+ u dawk mid-dar taʼ Ġakobb li jkunu ħarbu qatt iktar ma jistrieħu fuq dak li qed isawwathom,+ u huma se jistrieħu fuq Ġeħova, il-Qaddis taʼ Israel,+ bil-fedeltà.+ 21 Fdal biss se jerġaʼ lura,* il-fdal taʼ Ġakobb, lejn l-Alla Setgħan.+ 22 Għax għalkemm in-nies tiegħek, O Israel, ikunu bħar-ramel tal-baħar,+ fdal biss minn fosthom se jerġaʼ lura.+ Ġejja qerda totali+ li diġà ġiet deċiża, ġejja bħal għarqa, bis-sewwa,+ 23 għax il-Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati, se jwettaq fil-pajjiż kollu qerda totali+ u d-deċiżjoni li ma tistax tinbidel.+
24 Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati: “Tibżax, O poplu tiegħi li tgħammar f’Sijon,+ minħabba l-Assirjan, li kien isawtek bil-ħatar+ u li kien jgħolli l-bastun tiegħu kontrik bħalma kien jagħmel l-Eġittu.+ 25 Għax ftit ferm baqaʼ—u l-kundanna+ se tkun intemmet, u r-rabja tiegħi tkun ġabithom fix-xejn.+ 26 U Ġeħova taʼ l-armati se jxejjer kontrih frosta+ bħal fit-telfa taʼ Midjan ħdejn il-blata Għoreb;+ u l-bastun tiegħu se jkun fuq il-baħar,+ u se jgħollih kif għamel maʼ l-Eġittu.+
27 “U jrid iseħħ dakinhar li t-tagħbija tiegħu se titlaq minn fuq spalltek,+ u l-madmad tiegħu minn fuq għonqok,+ u l-madmad ċertament li se jitfarrak+ minħabba ż-żejt.”*
28 Hu wasal f’Għajjât;+ għadda minn Migron; f’Mikmax+ ħalla l-affarijiet tiegħu. 29 Għaddew mill-ilma baxx, f’Geba+ qattgħu l-lejl, Rama+ triegħdet, Gibegħa+ taʼ Sawl ħarbet. 30 Semmaʼ leħnek bit-twerżiq, O bint Gallim.+ Oqgħod attenta, O Lajsa. O int il-magħkusa, Għanatot!+ 31 Madmena ħarbet. L-abitanti taʼ Gebim marru jfittxu l-kenn. 32 Qabel jispiċċa l-jum, hu jieqaf f’Nob.+ Ixejjer idu b’theddida lejn il-muntanja taʼ bint Sijon, l-għolja taʼ Ġerusalemm.+
33 Ara! Il-Mulej il-veru, Ġeħova taʼ l-armati, qed jiżbor il-friegħi b’tisbita terribbli;+ u dawk li twalu fid-daqs qed jinqatgħu, u l-għoljin se jitbaxxew.+ 34 U hu qaċċat l-imsaġar tal-foresta b’għodda tal-ħadid, u permezz taʼ wieħed qawwi jaqaʼ l-Libanu.+