Isaija
20 Fis-sena li t-Tartan*+ ġie Asdod,+ meta ntbagħat minn Sargon is-sultan taʼ l-Assirja,+ u ggwerra kontra Asdod u rebaħha;+ 2 dak iż-żmien il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Isaija bin Għamoż,+ tgħid: “Mur,+ u ħoll l-ilbies taʼ l-ixkora minn fuq ġenbejk;+ u inżaʼ s-sandli tiegħek minn saqajk.”+ U hekk għamel, u mexa għarwien u ħafi.+
3 U Ġeħova kompla jgħid: “Bħalma l-qaddej tiegħi Isaija mexa għarwien u ħafi għal tliet snin bħala sinjal+ u tbassira kontra l-Eġittu+ u kontra l-Etjopja,+ 4 hekk is-sultan taʼ l-Assirja se jmexxi lill-imjassrin taʼ l-Eġittu+ u lill-eżiljati taʼ l-Etjopja, subien u rġiel xjuħ, għarwenin u ħafjin, u b’warranihom mikxuf, l-għera taʼ l-Eġittu.+ 5 U se jitwerwru u jistħu minħabba l-Etjopja, li ħarsu lejha bħala t-tama tagħhom,+ u minħabba l-Eġittu, is-sbuħija tagħhom.+ 6 U l-abitant taʼ din l-art taʼ mal-baħar se jgħid dakinhar, ‘Hemm hi t-tama tagħna, li ħrabna lejha għall-għajnuna, sabiex ninħelsu minħabba s-sultan taʼ l-Assirja!+ U kif se naħarbu aħna?’”