Isaija
36 Issa ġara li fis-sena erbatax tas-Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-sultan taʼ l-Assirja+ telaʼ kontra l-bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh.+ 2 U s-sultan taʼ l-Assirja fl-aħħar bagħat lir-Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm,+ għand is-Sultan Ħeżekija, b’qawwa militari kbira, u waqaf ħdejn il-kanal+ taʼ l-għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-triq ewlenija li tagħti għall-għalqa tal-ħassiel.+ 3 Imbagħad ħarġu jiltaqgħu miegħu Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar, u Sebna+ s-segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf+ ir-reġistratur.+
4 Għaldaqstant, ir-Rabsake qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-sultan il-kbir,+ is-sultan taʼ l-Assirja:+ “X’inhi din il-fiduċja li fdajt fiha?+ 5 Int għedt (imma bil-kliem biss), ‘Għandi l-istrateġija u s-setgħa għall-gwerra.’+ Issa f’min fdajt, biex irribellajt kontrija?+ 6 Ara, int fdajt fl-appoġġ taʼ din il-qasba mkissra,+ l-Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-Fargħun,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, għal kulmin jafda fih.+ 7 U jekk tgħidli, ‘F’Ġeħova Alla tagħna fdajna,’ mhux tiegħu kienu l-postijiet għall-qima*+ u l-artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-artal’?”’+ 8 Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-sultan taʼ l-Assirja:+ nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+ 9 Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-Eġittu għall-karrijiet u r-rikkieba taż-żwiemel?+ 10 U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-pajjiż biex nagħmlu ħerba mingħajr l-awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-pajjiż, u agħmlu ħerba.’”+
11 Għal dan, Eljakim+ u Sebna+ u Ġowaħ+ qalu lir-Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-qaddejja tiegħek bil-lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-lingwa tal-Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-nies taʼ fuq is-sur.”+ 12 Imma r-Rabsake qal: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-irġiel bil-qiegħda fuq is-sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess u jixorbu l-awrina tagħhom stess magħkom?”+
13 U r-Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk,+ jgħajjat b’leħen għoli bil-lingwa tal-Lhud;+ u kompla jgħid: “Isimgħu l-kliem tas-sultan il-kbir, is-sultan taʼ l-Assirja.+ 14 Hekk qal is-sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom,+ għax hu ma jistax jeħliskom.+ 15 U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna.+ Din il-belt ma tingħatax f’idejn is-sultan taʼ l-Assirja.”+ 16 Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-sultan taʼ l-Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi,+ u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-ilma tal-ġiebja tiegħu,+ 17 sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-art tagħkom,+ art tal-qmuħ u taʼ l-inbid ġdid, art tal-ħobż u taʼ l-għelieqi tad-dwieli; 18 sabiex Ħeżekija ma jħajjarkomx,+ billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’ Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-allat tal-ġnus li ħeles lil artu minn taħt idejn is-sultan taʼ l-Assirja?+ 19 Fejn huma l-allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-allat taʼ Sefarwajim?+ U ħelsuha lis-Samarija minn taħt idejja?+ 20 Min fost l-allat kollha taʼ dawn l-artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+
21 U huma baqgħu siktin u ma wiġbuhx kelma,+ għax il-kmand tas-sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 22 Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar,+ u Sebna+ s-segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin,+ u qalulu bil-kliem tar-Rabsake.+