Isaija
38 Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien għoddu miet.+ Għaldaqstant, il-profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+ 2 Għalhekk, Ħeżekija dar wiċċu mal-ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+ 3 u jgħid: “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.” U Ħeżekija beka fuq li beka.+
4 U l-kelma+ taʼ Ġeħova issa ġiet għand Isaija, tgħid: 5 “Mur, u għid lil Ħeżekija, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ David missierek:+ “Jien smajt it-talba tiegħek.+ Rajt id-dmugħ tiegħek.+ Ara, se nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek;+ 6 u lilek u lil din il-belt neħliskom minn idejn is-sultan taʼ l-Assirja, u niddefendi lil din il-belt.+ 7 U dan hu s-sinjal mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq din il-kelma li qal:+ 8 Ara, id-dell li kien niżel fuq it-taraġ t’Aħaż bix-xemx+ se mmexxih lura għaxar tarġiet.”’”+ U x-xemx imxiet lura bil-mod il-mod għaxar tarġiet fuq it-taraġ li kienet niżlet.+
9 Kitba taʼ Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda, meta marad+ u fieq mill-marda tiegħu.+
10 Jien għedt: “F’nofs jiemi se ngħaddi minn bibien+ il-Qabar.*
Se niċċaħħad mill-bqija+ tas-snin tiegħi.”
11 Għedt: “M’iniex se nara lil Jah, iva, Jah, fl-art tal-ħajjin.+
M’iniex se nara iżjed lill-bnedmin—sejjer maʼ dawk li jgħammru fl-art fejn kollox hu wieqaf.
12 Il-post fejn noqgħod ġie maqlugħ+ u ttieħed minni bħat-tinda tar-rgħajja.
Kebbibt ħajti bħal wieħed li jinseġ bin-newl;
Ġejt maqtugħ+ bħalma d-drapp minsuġ jitneħħa minn man-newl.
Minn bi nhar sa bil-lejl int tibqaʼ terħini.+
13 Sa fil-għodu kkalmajt lili nnifsi.+
Bħal iljun, hu jibqaʼ jiksirli għadmi kollu;+
Minn bi nhar sa bil-lejl int tibqaʼ terħini.+
14 Bħar-rundun, il-bulbul, hekk noqgħod inpespes;+
Noqgħod ingorr bħal ħamiema.+
Għajnejja ħarsu lejn l-għoli sakemm infnew+ u għedt:
‘O Ġeħova, qed inħossni mtaqqal. Idħol għalija.’+
15 X’se ngħid, u x’se jgħidli hu?+
Hu tkellem kif ukoll aġixxa għalija.+
Issa jien se nkompli nimxi bil-kwiet matul is-snin kollha tiegħi minħabba l-imrar taʼ ruħi.+
16 ‘O Ġeħova, minħabba kliemek in-nies jibqgħu jgħixu; u bħal kulħadd, l-ispirtu tiegħi jsib il-ħajja bih.+
U int se terġaʼ tagħtini s-saħħa u żżommni ħaj.+
17 Ara! Flok paċi jien ħadt dak li hu morr, iva, morr;+
U int intrabatt maʼ ruħi u żammejtha mill-ħofra tat-tmermir.+
Għax int tfajt dnubieti kollha wara dahrek.+
18 Għax il-Qabar ma jistax ifaħħrek;+ il-mewt ma tistax tagħtik tifħir.+
Dawk li neżlin fil-ħofra ma jistgħux iħarsu bit-tama lejn il-fedeltà tiegħek.+
19 Il-ħaj, il-ħaj, hu jistaʼ jfaħħrek,+
Bħalma nistaʼ jien illum.+
Il-missier jistaʼ jagħti l-għarfien+ lil uliedu dwar il-fedeltà tiegħek.
20 O Ġeħova, ejja salvani,+ u aħna ndoqqulek biċċiet tal-mużika minn tiegħi fuq l-istrumenti tal-korda+
Għall-jiem kollha taʼ ħajjitna fid-dar taʼ Ġeħova.’”+
21 U Isaija qal: “Ħa jġibu ċappa tin niexef u pressat u jidilkuha fuq il-musmar,+ sabiex ifiq.”+ 22 Sadanittant, Ħeżekija kien qal: “X’inhu s-sinjal li juri li se nitlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova?”+