Ġeremija
21 Il-kelma+ li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta s-Sultan Sedekija+ bagħatlu lil Pasħur+ bin Malkija u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-qassis, jgħidulu: 2 “Jekk jogħġbok staqsi lil Ġeħova għalina,+ għax Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, qed jiġġieled kontrina.+ Forsi Ġeħova jagħmel magħna wieħed mill-għemejjel meraviljużi tiegħu, u s-sultan jitlaq minn hawn.”+
3 U mbagħad Ġeremija qalilhom: “Dan għidulu lil Sedekija, 4 ‘Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel: “Ara, se ndawwar għal fuqkom l-armi tal-gwerra li qegħdin f’idejkom, u li qed tiġġieldu bihom kontra s-sultan taʼ Babilonja+ u kontra l-Kaldin+ li qed jassedjawkom minn barra s-swar, u niġborhom f’nofs din il-belt.+ 5 U jien stess se niġġieled kontrikom+ b’id miftuħa u bi driegħ b’saħħtu u b’rabja u b’korla u b’għadab kbir.+ 6 U se nolqot lil min jgħammar f’din il-belt, kemm in-nies u kemm il-bhejjem. B’pesta kbira jmutu.”’+
7 “‘“U wara dan,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “lil Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, u lill-qaddejja tiegħu u lin-nies u lil dawk li jibqgħu ħajjin f’din il-belt wara l-pesta, wara s-sejf u wara l-ġuħ, nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja. Iva, nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom, u hu jidrobhom b’xifer is-sejf.+ Mhux se jitħassarhom, u lanqas ma jurihom mogħdrija jew ikollu ħniena minnhom.”’+
8 “U lil dan il-poplu għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, qed inqiegħed quddiemkom it-triq tal-ħajja u t-triq tal-mewt.+ 9 Min jibqaʼ f’din il-belt bla ma jagħmel xejn se jmut bis-sejf u bil-ġuħ u bil-pesta;+ imma min joħroġ barra u jagħti ruħu lill-Kaldin li qed jassedjawkom jibqaʼ ħaj, u ruħu jiħodha bħala priża.”’+
10 “‘“Għax jien dawwart wiċċi kontra din il-belt biex inġib fuqha gwaj mhux ġid,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “F’id is-sultan taʼ Babilonja se tingħata,+ u hu jaħraqha bin-nar.”+
11 “‘U dwar dar is-sultan taʼ Ġuda, isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova.+ 12 O dar David,+ hekk qal Ġeħova: “Kull fil-għodu+ ġġudikaw bil-ġustizzja,+ u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-imbroljun,+ sabiex il-korla tiegħi ma toħroġx bħal nar,+ u din taqbad u ma jkun hemm ħadd min jitfiha, minħabba l-ħażen taʼ l-għemejjel tagħkom.”’+
13 “‘Arani, jien kontrik, O abitanta tal-wied,+ O blata tal-wita,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘Intom li qed tgħidu: “Min se jinżel kontrina? U min ġej fi djarna?”+ 14 jien se nitlob kont minnkom+ skond frott l-għemejjel tagħkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘U nqabbad nar fil-foresta tagħha,+ u żgur jiblaʼ kulma hemm madwarha.’”+