Ġeremija
45 Il-kelma li l-profeta Ġeremija qal lil Baruk+ bin Nerija meta kien qed jikteb fi ktieb dan il-kliem minn fomm Ġeremija+ fir-rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, tgħid:
2 “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, dwarek, O Baruk, 3 ‘Int għedt: “Jaħasra għalija,+ għax Ġeħova żied in-niket maʼ l-uġigħ tiegħi! Għejejt nitniehed, u għadni ma sibtx mistrieħ.”’+
4 “Dan għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara! Dak li bnejt se nġarrfu, u dak li ħawwilt se naqilgħu, iva, il-pajjiż kollu.+ 5 Imma int, int qed tfittex ħwejjeġ kbar għalik innifsek.+ Tibqax tfittixhom.”’+
“‘Għax, ara, se nġib gwaj kbir fuq kull ħliqa tal-laħam,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u lilek nagħtik ruħek bħala priża kulfejn tmur.’”+