Ħosea
3 U Ġeħova kompla jgħidli: “Erġaʼ mur, ħobb mara maħbuba minn ieħor+ u li qed tagħmel adulterju, l-istess bħalma Ġeħova jħobb lil ulied Israel+ għalkemm huma jduru lejn allat oħrajn+ u jħobbu ċ-ċapep taż-żbib tagħhom.”+
2 U xtrajtha bi ħmistax-il biċċa tal-fidda+ u ħomer u nofs xgħir. 3 Imbagħad għedtilha: “Int se tgħammar miegħi għal ħafna jiem.+ Tiżnix+ u ssirx taʼ raġel ieħor;+ u jien ukoll ma nersaqx lejk.”
4 Għax ulied Israel se jgħammru għal ħafna jiem mingħajr sultan+ u mingħajr prinċep u mingħajr sagrifiċċju+ u mingħajr pilastru sagru u mingħajr efod+ u terafim.*+ 5 Wara dan, ulied Israel se jerġgħu lura u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom,+ u lil David is-sultan tagħhom;+ u jiġu jirtogħdu lejn Ġeħova+ u lejn tjubitu fl-aħħar parti tal-jiem.+