Levitiku
2 “‘Issa jekk xi ħadd* jippreżenta offerta tal-qmuħ+ bħala offerta lil Ġeħova, l-offerta tiegħu għandha tkun dqiq fin;+ u jrid isawwab iż-żejt fuqha u jqiegħed l-inċens abjad fuqha. 2 U jġibha lil ulied Aron, il-qassisin, u minnha l-qassis jaqbad ponn dqiq fin u żejt flimkien maʼ l-inċens abjad kollu; u jaħraqha bħala tfakkira+ tagħha fuq l-artal, offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 3 U dak li jifdal mill-offerta tal-qmuħ ikun t’Aron u taʼ wliedu,+ bħala xi ħaġa mill-iktar qaddisa+ mill-offerti magħmulin bin-nar lil Ġeħova.
4 “‘U jekk int tippreżenta offerta tal-qmuħ bħala offerta taʼ xi ħaġa moħmija fil-forn, għandha tkun tad-dqiq fin, ftajjar bla ħmira+ miblulin fiż-żejt jew galletti bla ħmira+ midlukin biż-żejt.+
5 “‘U jekk l-offerta tiegħek tkun offerta tal-qmuħ minn fuq il-pjanċa,+ għandha tkun tad-dqiq fin miblul fiż-żejt, bla ħmira. 6 Għandha titqattaʼ bċejjeċ, u int trid issawwab iż-żejt fuqha.+ Din hi offerta tal-qmuħ.
7 “‘U jekk l-offerta tiegħek tkun offerta tal-qmuħ minn ġol-kazzola biż-żejt, għandha ssir mid-dqiq fin biż-żejt. 8 U din l-offerta tal-qmuħ trid iġġibha lil Ġeħova; u tippreżentaha lill-qassis u dan iġibha qrib l-artal. 9 U l-qassis jgħolli ftit mill-offerta tal-qmuħ bħala tfakkira+ tagħha u jaħarqu fuq l-artal, bħala offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli, lil Ġeħova.+ 10 U dak li jifdal mill-offerta tal-qmuħ ikun t’Aron u taʼ wliedu, bħala xi ħaġa mill-iktar qaddisa mill-offerti bin-nar lil Ġeħova.+
11 “‘Ebda offerta tal-qmuħ li tippreżentaw lil Ġeħova m’għandu jkollha xi ħmira fiha,+ għax ma tridu taħarqu assolutament ebda għaġina mħemmra* u ebda għasel bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.
12 “‘Bħala offerta taʼ l-ewwel frott,+ għandkom tippreżentawhom lil Ġeħova, u m’għandhomx jittellgħu fuq l-artal bħala riħa pjaċevoli.
13 “‘U kull offerta mill-offerta tal-qmuħ tiegħek trid tħawwarha bil-melħ;+ u l-melħ tal-patt+ t’Alla tiegħek tħallihx ikun nieqes minn fuq l-offerta tal-qmuħ tiegħek. Maʼ kull offerta li tagħmel trid tippreżenta l-melħ.
14 “‘U jekk lil Ġeħova tippreżentalu l-offerta tal-qmuħ taʼ l-ewwel frott misjur, għandek tippreżenta sbul aħdar inkaljat bin-nar, il-qmuħ ġodda mitħunin oħxon, bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ l-ewwel frott misjur tiegħek.+ 15 U trid tagħmel iż-żejt fuqha u tqiegħed l-inċens abjad fuqha. Din hi offerta tal-qmuħ.+ 16 U l-qassis irid jaħraq it-tfakkira+ tagħha, jiġifieri, ftit mill-qmuħ mitħunin oħxon u miż-żejt tagħhom, flimkien maʼ l-inċens abjad kollu tagħha, bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.