Għamos
2 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Mowab,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax hu ħaraq l-għadam tas-sultan t’Edom għall-ġir.+ 2 Se nibgħat nar f’Mowab, u jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ Kerjot;+ u Mowab imut f’nofs l-istorbju, l-għajat tal-gwerra, u l-ħoss taʼ qarn.+ 3 Neqred l-imħallef minn nofsu, u lill-prinċpijiet kollha tiegħu noqtolhom miegħu,”+ qal Ġeħova.’
4 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Ġuda,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ċaħdu l-liġi taʼ Ġeħova,+ u għax ma żammewx ir-regolamenti tiegħu; imma baqaʼ jiżvijahom il-gideb+ tagħhom, li warajh imxew missirijiethom.+ 5 Se nibgħat nar f’Ġuda, u jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm.’+
6 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Israel,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma jbigħu lill-ġust għall-fidda, u lill-fqir għall-prezz taʼ par sandli.+ 7 Huma jilhġu u jixxennqu li t-trab taʼ l-art ikun fuq ras il-batuti;+ iwarrbu+ lill-ġwejdin; raġel u missieru marru għand l-istess tfajla,+ bl-iskop li jkasbru l-isem qaddis tiegħi.+ 8 U jimteddu maġenb kull artal+ fuq ilbiesi maħtufin bħala rahan;+ u fid-dar taʼ l-allat tagħhom huma jixorbu l-inbid+ taʼ dawk li ġew immultati.’
9 “‘Imma minħabba fihom jien qridt għalkollox lill-Amurri,+ li l-għoli tiegħu kien bħall-għoli taċ-ċedri u li kien b’saħħtu bħas-siġar immensi;+ jien qridt għalkollox il-frott tiegħu minn fuq u għeruqu minn taħt.+ 10 Ħriġtkom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u mexxejtkom fix-xagħri għal erbgħin sena,+ sabiex tieħdu f’idejkom l-art taʼ l-Amurri.+ 11 U bqajt inqajjem lil xi wħud minn uliedkom bħala profeti+ u lil xi wħud mill-irġiel żgħażagħ tagħkom bħala Nażiriti.+ Jaqaw dan m’għandux ikun, O wlied Israel?’ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
12 “‘Imma intom bqajtu tagħtu l-inbid lin-Nażiriti biex jixorbuh,+ u kkmandajtu lill-profeti billi għedtulhom: “Tipprofetizzawx.”+ 13 Ara! Qed inġiegħel l-art taʼ taħtkom titbandal, bħalma jitbandal il-karru mimli b’dak li nġabar minn ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu. 14 Il-ħafif ma jkollux iktar post fejn jaħrab,+ u ebda wieħed b’saħħtu ma jsaħħaħ il-qawwa tiegħu, u ebda setgħan ma jeħles lil ruħu.+ 15 Ħadd minn dawk li jużaw il-qaws ma jibqaʼ wieqaf, ebda wieħed b’saqajh ħfief ma jaħrab, u ebda rikkieb taż-żwiemel ma jeħles lil ruħu.+ 16 U l-qalbieni fost l-irġiel setgħanin se jaħrab għarwien f’dak il-jum,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”