Ġona
2 Imbagħad Ġona talab lil Ġeħova Alla tiegħu mill-ġewwieni tal-ħuta+ 2 u qal:
“Fin-niket tiegħi sejjaħt lil Ġeħova,+ u hu wiġibni.+
Minn żaqq il-Qabar* għajjatt għall-għajnuna.+
Int smajt leħni.+
3 Meta tfajtni fl-abbissi, fil-qalba taʼ baħar miftuħ,+
Imbagħad dawruni l-kurrenti.
Il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek—minn fuqi għaddew.+
4 U min-naħa tiegħi għedt, ‘Jien tkeċċejt minn quddiem għajnejk!+
Kif qatt nistaʼ nerġaʼ nħares lejn it-tempju qaddis tiegħek?’+
5 L-ilmijiet tant dawruni li ruħi kważi għerqet;+ l-ilmijiet fondi bdew jingħalqu fuqi.
Il-ħaxix tkebbeb maʼ rasi.
6 F’qiegħ il-muntanji nżilt.
L-istaneg taʼ l-art ngħalqu fuqi għal żmien indefinit.*
Imma int tellajtli ħajti mill-ħofra, O Ġeħova Alla tiegħi.+
7 Meta ruħi nfniet fija,+ kien f’Ġeħova li jien ftakart.+
Imbagħad it-talba tiegħi ġiet għandek, fit-tempju qaddis tiegħek.+
8 Dawk li jagħtu kas l-idoli foloz jitilqu s-sors tagħhom taʼ qalb tajba bl-imħabba.+
9 Imma ngħid għalija, b’leħen taʼ radd il-ħajr se noffrilek sagrifiċċji.+
Dak li wegħedt, se rroddu.+ Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.”+
10 Wara xi żmien, Ġeħova kkmanda lill-ħuta, u din qalgħet lil Ġona għal fuq l-art niexfa.+