Numri
1 U Ġeħova kellem lil Mosè fix-xagħri tas-Sinaj,+ fit-tinda tal-laqgħa,+ fl-ewwel jum tat-tieni xahar fit-tieni sena mill-ħruġ tagħhom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u qallu: 2 “Għoddu+ l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel skond il-familji tagħhom, skond dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, l-irġiel kollha, ras b’ras, 3 minn għoxrin sena ’l fuq,+ kulmin jingħaqad maʼ l-armata f’Israel.+ Għandkom tirreġistrawhom skond l-armati tagħhom, int u Aron.
4 “U xi rġiel għandhom ikunu magħkom, raġel wieħed minn kull tribù; kull wieħed kap taʼ dar missirijietu.+ 5 U dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel li jieqfu magħkom: Taʼ Ruben,+ Elisur,+ bin Sedewr; 6 taʼ Simegħon,+ Selumjel,+ bin Surisaddaj; 7 taʼ Ġuda,+ Naħson,+ bin Għamminadab; 8 taʼ Issakar,+ Netanel,+ bin Sugħar; 9 taʼ Żebulun,+ Eljab,+ bin Ħelon; 10 taʼ wlied Ġużeppi:+ t’Efrajm,+ Elisama, bin Għammiħud; taʼ Manasse,+ Gamaljel, bin Pedaħsur; 11 taʼ Benjamin,+ Abidan,+ bin Gidegħoni; 12 taʼ Dan,+ Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj; 13 t’Aser,+ Paggħijel,+ bin Għokran; 14 taʼ Gad,+ Eljasaf,+ bin Degħwel;+ 15 taʼ Naftali,+ Aħira,+ bin Għenan. 16 Dawn huma l-magħżulin mill-ġemgħa, il-kapijiet ewlenin+ tat-tribujiet taʼ missirijiethom. Huma l-kapijiet taʼ l-eluf taʼ Israel.”+
17 Għalhekk, Mosè u Aron ħadu lil dawn l-irġiel li kienu magħżulin b’isimhom. 18 U laqqgħu lill-ġemgħa kollha fl-ewwel jum tat-tieni xahar, sabiex tiġi rikonoxxuta d-dixxendenza+ tagħhom rigward il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, minn għoxrin sena ’l fuq,+ ras b’ras, 19 bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè; u hu rreġistrahom+ fix-xagħri tas-Sinaj.
20 U wlied Ruben, l-ewwel imwieled taʼ Israel,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, kienu, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, l-irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 21 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Ruben, sitta u erbgħin elf u ħames mija.+
22 Taʼ wlied Simegħon,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, dawk l-uħud reġistrati tiegħu skond l-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, l-irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 23 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Simegħon kienu disgħa u ħamsin elf u tliet mija.+
24 Taʼ wlied Gad,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 25 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Gad+ kienu ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsin.+
26 Taʼ wlied Ġuda,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 27 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Ġuda kienu erbgħa u sebgħin elf u sitt mija.+
28 Taʼ wlied Issakar,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 29 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Issakar kienu erbgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
30 Taʼ wlied Żebulun,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 31 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Żebulun kienu sebgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
32 Taʼ wlied Ġużeppi: taʼ wlied Efrajm,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 33 dawk reġistrati minn fost it-tribù t’Efrajm+ kienu erbgħin elf u ħames mija.+
34 Taʼ wlied Manasse,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 35 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Manasse kienu tnejn u tletin elf u mitejn.+
36 Taʼ wlied Benjamin,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 37 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Benjamin kienu ħamsa u tletin elf u erbaʼ mija.+
38 Taʼ wlied Dan,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 39 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Dan kienu tnejn u sittin elf u sebaʼ mija.+
40 Taʼ wlied Aser,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 41 dawk reġistrati minn fost it-tribù t’Aser kienu wieħed u erbgħin elf u ħames mija.+
42 Taʼ wlied Naftali,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata, 43 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Naftali kienu tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
44 Dawn huma dawk li ġew reġistrati minn Mosè flimkien m’Aron u l-kapijiet ewlenin taʼ Israel, tnax-il raġel. Kull wieħed minnhom irrappreżenta lil dar missirijietu. 45 U dawk kollha reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata f’Israel, kienu, 46 iva, dawk kollha reġistrati kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+
47 Madankollu, il-Leviti,+ skond it-tribù taʼ missirijiethom, ma ġewx reġistrati magħhom.+ 48 Għaldaqstant, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 49 “Huwa biss it-tribù taʼ Levi li m’għandekx tirreġistra, u tgħoddhomx maʼ wlied Israel.+ 50 U int innifsek aħtar lil-Leviti fuq it-tabernaklu* tat-Testimonjanza+ u fuq l-għodod kollha tiegħu u fuq kulma hu tiegħu.+ Huma nfushom iġorru t-tabernaklu u l-għodod kollha tiegħu,+ u huma nfushom jaqdu+ fih; u għandhom jikkampjaw madwar it-tabernaklu.+ 51 U kulmeta jkun se jinġarr it-tabernaklu, il-Leviti għandhom iżarmawh;+ u meta t-tabernaklu jkun se jiġi kkampjat, il-Leviti għandhom jarmawh; u kull individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-mewt.+
52 “U wlied Israel iridu jikkampjaw kull wieħed skond il-kamp tiegħu, u kull raġel skond it-taqsima tiegħu taʼ tliet tribujiet,+ skond l-armati tagħhom. 53 U l-Leviti għandhom jikkampjaw madwar it-tabernaklu tat-Testimonjanza, biex ma jqumx għadab+ kontra l-ġemgħa taʼ wlied Israel; u l-Leviti għandhom iħarsu s-servizz tat-tabernaklu tat-Testimonjanza.”+
54 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. Għamlu preċiż hekk.+