Numri
17 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel u ħu mingħandhom bastun+ għal kull familja min-naħa tal-missier mingħand il-kapijiet ewlenin+ kollha tagħhom, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun. Ikteb isem kull wieħed fuq il-bastun tiegħu. 3 U isem Aron iktbu fuq il-bastun taʼ Levi, għaliex hemm bastun wieħed għall-kap taʼ dar missirijiethom. 4 U qegħedhom fit-tinda tal-laqgħa quddiem it-Testimonjanza,+ fejn jien nidhrilkom regolarment.+ 5 U jrid iseħħ li r-raġel li nagħżel jien,+ il-bastun tiegħu jwarrad, u żgur li nsikket it-tgergir+ taʼ wlied Israel kontrija, li qed igergru kontrikom.”+
6 Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel, u l-kapijiet ewlenin kollha tagħhom tawh bastun għal kull kap ewlieni, bastun għal kull kap ewlieni, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun;+ u l-bastun t’Aron kien fost il-bsaten tagħhom.+ 7 Imbagħad Mosè qiegħed il-bsaten quddiem Ġeħova fit-tinda tat-Testimonjanza.+
8 U ġara li l-għada meta Mosè mar fit-tinda tat-Testimonjanza, ara, il-bastun t’Aron għad-dar taʼ Levi kien warrad, u beda jarmi u joħroġ il-fjuri u jagħmel il-lewż misjur. 9 Imbagħad Mosè ġab il-bsaten kollha minn quddiem Ġeħova u ħadhom lill-ulied kollha taʼ Israel, u dawn rawhom u kull raġel ħa l-bastun tiegħu.
10 Imbagħad, Ġeħova qal lil Mosè: “Poġġi lura l-bastun+ t’Aron quddiem it-Testimonjanza bħala xi ħaġa li trid tinżamm bħala sinjal+ għal ulied ir-ribelljoni,+ biex it-tgergir tagħhom kontrija jieqaf, għax inkella jmutu.” 11 Mosè minnufih għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. Għamel preċiż hekk.
12 U wlied Israel bdew jgħidu dan lil Mosè: “Issa aħna se mmutu, se ngħibu, ilkoll kemm aħna se ngħibu.+ 13 Kulmin jersaq+ u jiġi qrib it-tabernaklu taʼ Ġeħova, imut!+ Għandna aħna nispiċċaw biex immutu b’dan il-mod?”+