Numri
7 Issa ġara li, dakinhar li Mosè temm jibni t-tabernaklu,+ hu dilek+ u qaddes lilu u t-tagħmir kollu tiegħu kif ukoll l-artal u l-għodod kollha tiegħu. B’hekk, dilikhom u qaddishom.+ 2 Imbagħad il-kapijiet ewlenin taʼ Israel,+ il-kapijiet taʼ dar missirijiethom, billi kienu l-kapijiet ewlenin tat-tribujiet u kienu fuq in-nies li ġew reġistrati, ippreżentaw+ 3 u ġabu l-offerta tagħhom quddiem Ġeħova, sitt karrijiet mgħottijin u tnax-il barri, karru għal żewġ kapijiet ewlenin u barri għal kull wieħed minnhom; u ppreżentawhom quddiem it-tabernaklu. 4 U Ġeħova qal lil Mosè: 5 “Aċċettahom mingħandhom, għax iridu jservu biex jitwettaq is-servizz tat-tinda tal-laqgħa, u agħtihom lil-Leviti, kull wieħed skond is-servizz tiegħu stess.”
6 Għalhekk, Mosè aċċetta l-karrijiet u l-barrin u tahom lil-Leviti. 7 Żewġ karrijiet u erbaʼ barrin tahom lil ulied Gerson skond is-servizz tagħhom,+ 8 u erbaʼ karrijiet u tmien barrin tahom lil ulied Merari skond is-servizz tagħhom,+ taħt id-direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-qassis.+ 9 Imma lil ulied Keħat ma tahom xejn, għaliex kellhom iġorru t-tagħmir użat fil-post qaddis,+ u ġarrew kollox fuq spallejhom.+
10 Issa l-kapijiet ewlenin ippreżentaw kollox fl-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal dakinhar li ġie midluk, u l-kapijiet ewlenin ippreżentaw l-offerta tagħhom quddiem l-artal. 11 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Kap ewlieni wieħed f’jum wieħed u kap ewlieni ieħor f’jum ieħor hu l-mod kif għandhom jippreżentaw l-offerta tagħhom għall-inawgurazzjoni taʼ l-artal.”+
12 Issa dak li ppreżenta l-offerta tiegħu fl-ewwel jum kien Naħson,+ bin Għamminadab, mit-tribù taʼ Ġuda. 13 U l-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis,+ it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 14 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 15 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 16 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 17 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Naħson, bin Għamminadab.+
18 Fit-tieni jum Netanel,+ bin Sugħar, il-kap ewlieni taʼ Issakar, ippreżenta l-offerta. 19 Hu ppreżenta bħala l-offerta tiegħu platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 20 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 21 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 22 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 23 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Netanel, bin Sugħar.
24 Fit-tielet jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Żebulun, Eljab,+ bin Ħelon. 25 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ; 26 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 27 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 28 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 29 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljab, bin Ħelon.+
30 Fir-rabaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Ruben, Elisur,+ bin Sedewr. 31 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 32 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 33 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 34 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 35 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisur, bin Sedewr.+
36 Fil-ħames jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Simegħon, Selumjel,+ bin Surisaddaj. 37 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 38 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 39 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 40 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 41 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Selumjel, bin Surisaddaj.+
42 Fis-sitt jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Gad, Eljasaf,+ bin Degħwel. 43 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 44 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 45 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 46 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 47 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljasaf, bin Degħwel.+
48 Fis-sebaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Efrajm, Elisama,+ bin Għammiħud. 49 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 50 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 51 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 52 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 53 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisama, bin Għammiħud.+
54 Fit-tmien jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Manasse, Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 55 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 56 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 57 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 58 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 59 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Gamaljel, bin Pedaħsur.+
60 Fid-disaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni+ għal ulied Benjamin, Abidan,+ bin Gidegħoni. 61 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 62 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 63 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 64 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 65 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Abidan, bin Gidegħoni.+
66 Fl-għaxar jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Dan, Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj. 67 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 68 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 69 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 70 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 71 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħigħeżer, bin Għammisaddaj.+
72 Fil-ħdax-il jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Aser, Paggħijel,+ bin Għokran. 73 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 74 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 75 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 76 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 77 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Paggħijel, bin Għokran.+
78 Fit-tnax-il jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Naftali, Aħira,+ bin Għenan. 79 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+ 80 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 81 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+ 82 gidi bħala offerta għad-dnub;+ 83 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħira, bin Għenan.+
84 Din kienet l-offerta taʼ l-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal dakinhar li ġie midluk, min-naħa tal-kapijiet ewlenin+ taʼ Israel: tnax-il platt tal-fidda, tnax-il skutella tal-fidda,+ tnax-il kies tad-deheb; 85 mija u tletin xekel għal kull platt tal-fidda, u sebgħin għal kull skutella, u b’hekk il-fidda kollha tar-reċipjenti kienet elfejn u erbaʼ mitt xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis;+ 86 it-tnax-il kies tad-deheb+ mimlijin inċens kienu għaxar xwiekel għal kull kies, skond ix-xekel tal-post qaddis, u b’hekk id-deheb kollu tal-kwies kien mija u għoxrin xekel; 87 il-bhejjem kollha għall-offerta tal-ħruq+ kienu tnax-il barri, tnax-il muntun, tnax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena u l-offerti tal-qmuħ li joffru magħhom,+ u tnax-il gidi għal offerta għad-dnub;+ 88 u l-bhejjem kollha tas-sagrifiċċju taʼ sħubija+ kienu erbgħa u għoxrin barri, sittin muntun, sittin bodbod, sittin ħaruf kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ l-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal wara li ġie midluk.+
89 Issa kulmeta Mosè kien jidħol fit-tinda tal-laqgħa biex jitkellem miegħu,+ kien jismaʼ l-leħen jitkellem miegħu minn fuq l-għatu+ li kien hemm fuq l-arka tat-testimonjanza, minn bejn iż-żewġ kerubini;+ u kien ikellmu.