1 Korintin
7 Issa rigward l-affarijiet li ktibtuli dwarhom, hu sewwa li raġel ma jmissx+ mara; 2 iżda, minħabba li ż-żína+ hi mifruxa ħafna, ħa jkollu kull raġel lil martu+ u kull mara lil żewġha. 3 Ir-raġel ħa jagħti lil martu dak li jmissha;+ u l-mara wkoll tagħmel l-istess lil żewġha.+ 4 Il-mara m’għandhiex awtorità fuq ġisimha, iżda żewġha għandu;+ hekk ukoll ir-raġel m’għandux awtorità fuq ġismu, iżda martu għandha.+ 5 Iċċaħħdux lil xulxin minn dan,+ ħlief għal żmien stabbilit+ għax tkunu ftehemtu bejnietkom biex tiddedikaw ħin għat-talb, u mbagħad terġgħu tingħaqdu sabiex Satana ma joqgħodx jittantakom+ għax ma tkunux tifilħu żżommu.+ 6 Madankollu, ħudu dan il-parir bħala permess+ mhux bħala kmand.+ 7 Għax nixtieq li l-bnedmin kollha kienu bħali.+ Minkejja dan, kull wieħed għandu l-għotja tiegħu+ mingħand Alla, min mod u min ieħor.
8 Issa lil dawk li m’humiex miżżewġin+ u lir-romol ngħidilhom li jkun sewwa għalihom li jibqgħu bħali.+ 9 Imma jekk m’għandhomx rażna,+ ħa jiżżewġu, għax aħjar jiżżewġu+ milli jinħarqu bil-passjoni.+
10 Lill-miżżewġin nagħtihom l-istruzzjoni, madankollu mhux jien imma l-Mulej,+ li l-mara m’għandhiex tinfired minn żewġha;+ 11 imma jekk tinfired, ħa tibqaʼ ma tiżżewwiġx, inkella terġaʼ tirranġa maʼ żewġha; u r-raġel m’għandux jitlaq lil martu.
12 Imma lill-oħrajn ngħidilhom, iva, jien, mhux il-Mulej:+ Jekk xi ħu għandu martu li ma temminx, iżda din taqbel li tgħammar miegħu, ħa ma jitlaqhiex; 13 u l-mara li għandha żewġha li ma jemminx, iżda dan jaqbel li jgħammar magħha, ħa ma titlaqx lil żewġha. 14 Għax ir-raġel li ma jemminx jitqaddes minħabba martu, u l-mara li ma temminx titqaddes minħabba l-ħu; inkella, fil-fatt, uliedkom ma jkunux nodfa,+ imma issa huma mqaddsin.+ 15 Imma jekk dak li ma jemminx ikun irid jinfired,+ ħa jinfired; il-ħu jew l-oħt m’hijiex fil-jasar f’dawn iċ-ċirkustanzi, imma Alla sejħilkom għall-paċi.+ 16 Għax, mara, kif taf jekk issalvax lil żewġek?+ Jew, raġel, kif taf jekk issalvax lil martek?+
17 Biss, fi qbil mas-sehem li Ġeħova ta lil kull wieħed,+ ħa jimxi kull wieħed skond kif sejjaħlu Alla.+ U hekk nordna+ fil-kongregazzjonijiet kollha. 18 Kien xi ħadd diġà ċirkonċiż meta ssejjaħ?+ Ħa jibqaʼ ċirkonċiż. Kien xi ħadd mhux ċirkonċiż meta ssejjaħ?+ Ħa ma jiġix ċirkonċiż.+ 19 Iċ-ċirkonċiżjoni+ ma tfisser xejn, u n-nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni+ ma jfisser xejn, imma li jgħodd hu l-osservanza tal-kmandamenti t’Alla.+ 20 Ħa jibqaʼ kull wieħed fl-istat li kien meta ssejjaħ,+ kien liema kien.+ 21 Kont ilsir meta ġejt imsejjaħ? Tħallihx jinkwetak dan;+ imma jekk tistaʼ ssir ħieles ukoll, aħtaf l-opportunità. 22 Għax kulmin hu fil-Mulej u kien ilsir meta ssejjaħ hu l-meħlus tal-Mulej;+ bl-istess mod, min kien ħieles meta ssejjaħ,+ hu lsir+ taʼ Kristu. 23 Kontu mixtrijin bi prezz;+ tibqgħux issiru lsiera+ tal-bnedmin. 24 Ħuti, ħa jibqaʼ kull wieħed imsieħeb m’Alla fil-kundizzjoni+ li kien meta ssejjaħ, kienet liema kienet.
25 Issa dwar dawk li m’humiex miżżewġin* m’għandi ebda kmand mingħand il-Mulej, imma nagħti l-opinjoni tiegħi+ bħala wieħed li ntwera ħniena mill-Mulej+ biex ikun leali.+ 26 Għalhekk, minħabba d-diffikultajiet li hawn madwarna, naħseb li jkun sewwa li raġel jibqaʼ kif inhu.+ 27 Marbut maʼ mara?+ Tibqax tipprova tinħall.+ Maħlul minn mara? Tibqax tfittex mara. 28 Imma jekk tiżżewweġ, ma tagħmel ebda dnub.+ U jekk jiżżewweġ xi ħadd li ma jkunx miżżewweġ,* ma jagħmel ebda dnub. Madankollu, dawk li jiżżewġu jkollhom tribulazzjoni f’laħamhom.+ Imma jien irrid neħliskom minnha.
29 Iktar minn hekk, dan ngħidilkom, ħuti, iż-żmien li fadal tqassar.+ Minn issa ’l quddiem, dawk li għandhom in-nisa ħa jkunu bħallikieku m’għandhomx,+ 30 u dawk li jibku bħal dawk li ma jibkux, u dawk li jifirħu bħal dawk li ma jifirħux, u dawk li jixtru bħal dawk li m’għandhomx, 31 u dawk li jużaw id-dinja+ bħal dawk li ma jużawhiex bis-sħiħ; għax ix-xena taʼ din id-dinja qed tinbidel.+ 32 Tabilħaqq, irridkom tkunu meħlusin mill-ansjetà.+ Ir-raġel mhux miżżewweġ hu ansjuż għal dak li hu tal-Mulej, kif jikseb l-approvazzjoni tal-Mulej. 33 Imma r-raġel miżżewweġ hu ansjuż+ għal dak li hu tad-dinja, kif jikseb l-approvazzjoni taʼ martu,+ 34 u hu maqsum fih innifsu. Jerġaʼ, il-mara mhix miżżewġa, u l-verġni, hi ansjuża għal dak li hu tal-Mulej,+ sabiex tkun qaddisa kemm f’ġisimha kif ukoll fl-ispirtu tagħha. Madankollu, il-mara miżżewġa hi ansjuża għal dak li hu tad-dinja, kif tikseb l-approvazzjoni taʼ żewġha.+ 35 Dan qed ngħidu għall-vantaġġ persunali tagħkom, mhux biex norbtilkom idejkom, imma biex inqanqalkom għal dak li hu xieraq+ u nqanqalkom biex taqdu lill-Mulej il-ħin kollu u mingħajr distrazzjoni.+
36 Imma jekk xi ħadd mhux miżżewweġ jaħseb li l-imġiba tiegħu m’hijiex xierqa għall-istat tiegħu,*+ u dan ikun għadda l-fjur taż-żgħożija, u hekk ikun l-aħjar għalih, ħa jagħmel li jrid; ma jidnibx. Ħa jiżżewġu.+ 37 Imma jekk xi ħadd ikun determinat f’qalbu u ma jkunx magħfus mill-bżonn, imma jkollu awtorità fuq ir-rieda tiegħu u jkun ħa din id-deċiżjoni f’qalbu, li jibqaʼ ma jiżżewwiġx, jagħmel sewwa.+ 38 Għaldaqstant, min jiżżewweġ jagħmel sewwa,+ imma min ma jiżżewwiġx jagħmel aħjar.+
39 Il-mara hi marbuta maʼ żewġha sakemm idum ħaj.+ Imma jekk żewġha jorqod fil-mewt, hi ħielsa li tiżżewweġ lil min trid, biss fil-Mulej.+ 40 Imma, fl-opinjoni tiegħi, tkun iktar hienja jekk tibqaʼ kif inhi.+ Tabilħaqq, naħseb li jien ukoll għandi l-ispirtu t’Alla.+