2 Timotju
1 Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-rieda t’Alla+ skond il-wegħda tal-ħajja+ li hi fi Kristu Ġesù,+ 2 lil Timotju, iben maħbub:+
Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-Missier u Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.+
3 Jien grat lejn Alla, li lilu qed nagħti servizz sagru+ bħalma għamlu missirijieti+ u dan qed nagħmlu b’kuxjenza nadifa,+ li niftakar fik bla heda meta nitlob bil-ħerqa,+ lejl u nhar 4 nixxennaq biex narak,+ meta niftakar fid-dmugħ tiegħek, biex nimtela bil-ferħ. 5 Għax inġib quddiem għajnejja l-fidi+ li għandek mingħajr ebda ipokrisija,+ u li l-ewwel kienet f’nanntek Lojs u f’ommok Ewniċe, u li jien fiduċjuż li qiegħda fik ukoll.
6 Minħabba f’hekk infakkrek biex tkebbes bħan-nar+ l-għotja+ t’Alla li qiegħda fik permezz tat-tqegħid taʼ idejja fuqek.+ 7 Għax Alla ma taniex spirtu beżżiegħ,+ imma spirtu taʼ qawwa+ u taʼ mħabba u taʼ moħħ f’loku.+ 8 Għalhekk, tistħix minħabba x-xiehda dwar il-Mulej tagħna,+ lanqas minħabba fija priġunier għalih,+ imma aċċetta li ssofri+ l-ħażen int ukoll għall-aħbar tajba permezz tal-qawwa t’Alla.+ 9 Hu salvana+ u sejħilna b’sejħa qaddisa,+ mhux minħabba l-għemejjel tagħna,+ imma minħabba l-iskop u l-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu. Din intweritilna fi Kristu Ġesù minn żmien twil ilu,+ 10 imma issa ntgħamlet tidher ċar bil-manifestazzjoni+ tas-Salvatur tagħna, Kristu Ġesù, li ġab il-mewt fix-xejn+ u tefaʼ dawl+ fuq il-ħajja+ u n-nuqqas taʼ taħsir+ permezz taʼ l-aħbar tajba,+ 11 li għaliha nħtart predikatur u appostlu u għalliem.+
12 Minħabba f’hekk ukoll qed insofri+ dan, imma ma nistħix.+ Għax naf f’min emmint, u jien fiduċjuż li hu kapaċi jgħasses+ dak li fdajtlu f’idejh sa dak il-jum.+ 13 Ibqaʼ żomm il-mudell taʼ kliem mimli saħħa+ li smajt mingħandi bil-fidi u l-imħabba li huma fi Kristu Ġesù.+ 14 Dan it-teżor li ġejt fdat+ bih għassu permezz taʼ l-ispirtu qaddis li qed jgħammar fina.+
15 Kif taf int, dawk kollha fid-distrett taʼ l-Asja+ telquni,+ fosthom Figelu u Ermoġene. 16 Jalla l-Mulej iħenn għad-dar t’Onesiforu,+ għax hu spiss ġabli serħan,+ u ma staħax minħabba l-ktajjen tiegħi.+ 17 Għall-kuntrarju, meta inzerta Ruma, fittixni bir-reqqa sakemm sabni.+ 18 Jalla l-Mulej jagħtih li jsib ħniena+ mingħand Ġeħova f’dak il-jum.+ U int taf tajjeb b’dak kollu li għamel biex jaqdi f’Efesu.