Rivelazzjoni
3 “U lill-anġlu+ tal-kongregazzjoni f’Sardi iktiblu: Dan jgħid dak li għandu s-sebaʼ spirti+ t’Alla u s-sebaʼ kwiekeb,+ ‘Naf l-għemejjel tiegħek, li għandek il-fama li int ħaj, imma int mejjet.+ 2 Oqgħod għassa,+ u saħħaħ+ lil dawk li baqaʼ u li kienu se jmutu, għax l-għemejjel tiegħek ma sibthomx imwettqin bis-sħiħ quddiem Alla tiegħi.+ 3 Għalhekk, ibqaʼ żomm f’moħħok dak li rċivejt+ u li smajt, u ibqaʼ osservah,+ u indem.+ Ċertament li jekk ma tistenbaħx,+ niġi bħal ħalliel,+ u żgur ma tkunx taf f’liema siegħa niġi fuqek.+
4 “‘Minkejja dan, għandek xi ftit ismijiet+ f’Sardi li ma niġġsux+ ħwejjiġhom, u se jimxu miegħi lebsin ħwejjeġ bojod,+ għax jistħoqqilhom.+ 5 B’hekk, min jirbaħ+ ikun imżejjen bi ħwejjeġ bojod;+ u żgur ma nħassarlux ismu mill-ktieb tal-ħajja,+ imma nirrikonoxxi ismu quddiem Missieri+ u quddiem l-anġli tiegħu.+ 6 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet.’
7 “U lill-anġlu+ tal-kongregazzjoni f’Filadelfja iktiblu: Dan jgħid dak li hu qaddis,+ li hu veru,+ li għandu l-muftieħ taʼ David,+ li jiftaħ biex ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq biex ħadd ma jiftaħ, 8 ‘Naf l-għemejjel tiegħek+—ara, ftaħtlek quddiemek bieb+ li ħadd ma jistaʼ jagħlqu—naf li għandek xi ftit qawwa, u żammejt kelmti u ma ċħadtx ismi.+ 9 Ara! Inġiegħel lil dawk mis-sinagoga taʼ Satana li jgħidu li huma Lhud,+ u m’humiex, iżda qed jigdbu+—ara, inġegħelhom jiġu u jmilu+ f’riġlejk u nġegħelhom ikunu jafu li ħabbejtek. 10 Talli żammejt il-kelma dwar is-sabar tiegħi,+ jien ukoll inżommok+ mis-siegħa tal-prova, li trid tiġi fuq l-art abitata kollha, biex tgħaddi mill-prova lil dawk kollha li jgħixu fuq l-art.+ 11 Jien ġej malajr.+ Ibqaʼ żomm sod dak li għandek,+ sabiex ħadd ma jiħodlok il-kuruna tiegħek.+
12 “‘Min jirbaħ—nagħmlu kolonna+ fit-tempju+ t’Alla tiegħi,+ u żgur ma joħroġx minnu iktar, u nikteb fuqu isem Alla tiegħi u isem il-belt t’Alla tiegħi, Ġerusalemm+ il-ġdida li tinżel mis-sema mingħand Alla tiegħi, u l-isem il-ġdid tiegħi.+ 13 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet.’
14 “U lill-anġlu tal-kongregazzjoni f’Laodiċija+ iktiblu: Dan jgħid l-Amen,+ ix-xhud+ leali*+ u veru,+ il-bidu tal-ħolqien li għamel Alla.+ 15 ‘Naf l-għemejjel tiegħek, li la int kiesaħ u lanqas sħun. Nixtieq li kont kiesaħ inkella sħun. 16 Għalhekk, għax int fietel, u la int sħun+ u lanqas kiesaħ,+ nobżqok minn ħalqi. 17 Peress li tgħid: “Jien sinjur+ u ksibt ir-rikkezzi u ma jonqosni xejn affattu,” imma ma tafx li int miżerabbli u miskin u fqir u agħma+ u għarwien, 18 nagħtik parir li tixtri mingħandi deheb+ irfinut bin-nar biex issir sinjur, u ħwejjeġ bojod biex tilbes u ma jidhirx l-għajb taʼ l-għera tiegħek,+ u ingwent taʼ l-għajnejn biex tidlek għajnejk+ ħalli tara.
19 “‘Lil kulmin għandi affezzjoni lejh inwiddbu u niddixxiplinah.+ Għalhekk, kun żeluż u indem.+ 20 Ara! Jien qiegħed wara l-bieb+ u qed inħabbat. Jekk xi ħadd jismaʼ leħni u jiftaħ il-bieb,+ nidħol f’daru u niekol l-ikla taʼ fil-għaxija miegħu u hu miegħi. 21 Lil min jirbaħ+ nagħtih li joqgħod bil-qiegħda miegħi fuq it-tron tiegħi,+ bħalma jien irbaħt u qgħadt bil-qiegħda+ maʼ Missieri fuq it-tron tiegħu.+ 22 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-ispirtu+ lill-kongregazzjonijiet.’”+