Rivelazzjoni
9 U l-ħames anġlu daqq it-trumbetta tiegħu.+ U rajt kewkba+ li kienet waqgħet mis-sema għal fuq l-art; u ngħatalu l-muftieħ+ tal-ħofra taʼ l-abbiss.+ 2 U fetaħ il-ħofra taʼ l-abbiss, u mill-ħofra telaʼ duħħan+ bħad-duħħan taʼ forn kbir,+ u bid-duħħan tal-ħofra ddallmet ix-xemx+ kif ukoll l-arja. 3 U mid-duħħan ħarġu ġurati+ fuq l-art; u ngħataw awtorità, l-istess awtorità li għandhom l-iskorpjuni+ taʼ l-art. 4 U ntqalilhom biex la jagħmlu ħsara lill-ħaxix taʼ l-art, la lil xi pjanta, u lanqas lil xi siġra, imma biss lil dawk il-bnedmin li ma kinux immarkati bis-siġill t’Alla fuq ġbinhom.+
5 U lill-ġurati ngħatalhom li ma joqtluhomx, imma li lil dawn jitturmentawhom+ għal ħames xhur, u t-turment tagħhom kien bħal turment minn skorpjun+ meta jaħbat għal bniedem. 6 U f’dawk il-jiem il-bnedmin ifittxu l-mewt+ imma żgur ma jsibuhiex, u jkunu jixtiequ li jmutu imma l-mewt tibqaʼ taħrab minnhom.
7 U d-dehra tal-ġurati kienet tixbah lil żwiemel+ imħejjijin għall-battalja; u fuq rashom kellhom qishom kuruni tad-deheb, u wiċċhom kien bħal wiċċ il-bnedmin,+ 8 u xagħarhom kien bħal xagħar in-nisa.+ U snienhom kienu bħal dawk taʼ l-iljuni;+ 9 u kellhom kurazzi+ bħal kurazzi tal-ħadid. U l-ħoss taʼ ġwinħajhom kien bħall-ħoss taʼ karrijiet+ b’ħafna żwiemel jiġru għall-battalja.+ 10 Ukoll, kellhom denb u niggieża bħal skorpjuni;+ u f’denbhom kellhom l-awtorità biex iweġġgħu lill-bnedmin għal ħames xhur. 11 Fuqhom kellhom sultan, l-anġlu taʼ l-abbiss.+ Bl-Ebrajk kien jismu Abaddon,* imma bil-Grieg kien jismu Apolljon.*+
12 Gwaj wieħed għadda. Ara! Wara dan ġejjin żewġ gwajijiet oħra.+
13 U s-sitt anġlu+ daqq it-trumbetta tiegħu.+ U smajt leħen+ ħiereġ mill-qrun taʼ l-artal tad-deheb+ li kien hemm quddiem Alla 14 u qal lis-sitt anġlu, li kellu t-trumbetta: “Ħoll lill-erbaʼ anġli+ li hemm marbutin+ ħdejn ix-xmara kbira Ewfrat.”+ 15 U nħallu l-erbaʼ anġli, li kienu tħejjew għas-siegħa u l-jum u x-xahar u s-sena, biex joqtlu terz mill-bnedmin.
16 U l-għadd taʼ l-armati tal-kavallerija kien żewġ mirjadi taʼ mirjadi:* Jien smajt l-għadd tagħhom. 17 U dan hu kif rajt liż-żwiemel fil-viżjoni, u lil dawk li kienu rekbin fuqhom: kellhom kurazzi ħomor bħan-nar u blu bħall-ġjaċint u sofor bħall-kubrit; u ras iż-żwiemel kienet bħal ras l-iljuni,+ u minn ħalqhom kien ħiereġ nar u duħħan u kubrit.+ 18 B’dawn it-tliet kastigi nqatel terz mill-bnedmin, bin-nar u d-duħħan u l-kubrit li ħareġ minn ħalqhom. 19 Għax l-awtorità taż-żwiemel kienet f’ħalqhom u f’denbhom; għax denbhom kien bħal serp+ u kellu ras, u bih kienu jagħmlu l-ħsara.
20 Imma l-bqija tal-bnedmin li ma nqatlux b’dawn il-kastigi ma nidmux minn għemil idejhom,+ u baqgħu jqimu lid-demonji+ u l-idoli tad-deheb u l-fidda+ u r-ram aħmar u l-ġebel u l-injam, li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, u lanqas jimxu;+ 21 u la nidmu mill-qtil tagħhom,+ la mill-prattiki spiritistiċi tagħhom,+ la miż-żína tagħhom, u lanqas mis-serq tagħhom.